• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

In-Netwerk Ewropew ta’ l-Ombudsmen

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
Logo of the European Network of Ombudsmen

In-Netwerk tal-Ombudsmen Ewropej jinkludi aktar minn 95 uffiċċju f'36 pajjiż Ewropew. In-Netwerk jinkludi l-Ombudsmen nazzjonali u reġjonali u korpi simili tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-pajjiżi kandidati għal adeżjoni mal-UE, u ta' pajjiżi oħra fiż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ombudsman Ewropew u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-ombudsmen nazzjonali u l-korpi simili fin-Netwerk kollha ħatru uffiċjal ta' kollegament biex jaġixxi bħala punt ta' kuntatt għall-membri l-oħra tan-Netwerk.

In-Netwerk ġie stabbilit fl-1996 u żviluppa b'rata kostanti fi strument qawwi ta' kollaborazzjoni għall-ombudsmen u l-persunal tagħhom, u jservi ta' mekkaniżmu effikaċi għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-każijiet. Għandu importanza partikolari għall-Ombudsman Ewropew peress li jippermettilha tittratta minnufih u b'mod effikaċi l-ilmenti li ma jaqgħux fil-mandat tagħha. L-esperjenzi u l-aħjar prattiki jiġu kondiviżi permezz ta' seminars u laqgħat, bullettin regolari, forum għad-diskussjoni elettronika u servizz elettroniku bl-aħbarijiet ta' kuljum. Iż-żjarat tal-Ombudsman Ewropew organizzati mill-ombudsmen fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta' adeżjoni wkoll urew effikaċità għolja fl-iżvilupp tan-Netwerk.

Group photo of members of the European Network of Ombudsmen