• Ressaq ilment
  • Talba għall-informazzjoni
60th Rome Treaty anniversaryL-Ewropa tiegħek - Il-portal għas-servizzi pubbliċi online Ewropej u nazzjonali

L-attivitajiet tan-Netwerk

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
L-attivitajiet tan-Netwerk

Membri tan-Netwerk ta' l-Ombudsmen Ewropej jiskambjaw informazzjoni dwar id-dritt Komunitarju u l-aħjar prattika permezz ta' seminars u laqgħat, newsletter regolari, forum ta' diskussjoni elettronika u servizz elettroniku ta' aħbarijiet ta' kuljum. Iż-żjarat ta' l-Ombudsman Ewropew ospitati mill-ombudsmen fl-Istati Membri taw prova li huma ferm effikaċi għall-iżvilupp tan-Netwerk.

Seminars għall-ombudsmen nazzjonali u reġjonali jsiru fi snin alternati u huma organizzati konġuntament mill-Ombudsman Ewropew u kontroparti nazzjonali jew reġjonali. Seminars għall-Ombudsmen Nazzjonali saru fi:

  • Dublin (2013)
  • Kopenħagen (2011)
  • Paphos (2009)
  • Strasburgu (2007)
  • L-Aja (2005)
  • Ateni (2003)
  • Brussell (2001)
  • Pariġi (1999)
  • Strasburgu (1996)

Seminars għall-Ombudsmen Reġjonali saru fi:

  • Cardiff (2014)
  • Brussell (2012)
  • Innsbruck (2010)
  • Berlin (2008)
  • Londra (2006)
  • Valenzja (2003)
  • Brussell (2001)
  • Firenze (1999)
  • Barċellona (1997)

L-uffiċjali ta' kollegament, li jaġixxu bħala l-ewwel punt ta' kuntatt fuq il-livell nazzjonali għan-Netwerk, ukoll jiltaqgħu kull sentejn fi Strasburgu.

In-Newsletter ta' l-Ombusmen Ewropew hija għodda utli għall-Membri tan-Netwerk ta' Ombudsmen Ewropej, li tippermettilhom li jiskambjaw informazzjoni dwar id-dritt Komunitarju u l-aħjar prattika. Din tiġi ppubblikata darbtejn fis-sena bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Ispanjol. In-Newsletter toffri lill-ombudsmen forum fejn huma jistgħu jispjegaw każijiet li jikkonċernaw id-dritt Komunitarju li huma jkunu ttrattaw, jaqsmu eżempji dwar prattiki ta' trattament ta' każijiet li jistgħu jkunu utli għal membri oħrajn tan-Netwerk, u jżommu lill-kollegi tagħhom informati dwar bidliet fi ħdan l-istituzzjonijiet tagħhom. In-Newsletter isservi wkoll lill-membri fuq bażi usa' tar-Reġjun Ewropew ta' l-Istitut ta' l-Ombudsman Internazzjonali (IOI) u tinkludi taqsima ddedikata għall-attivitajiet tar-Reġjun Ewropew ta' l-IOI.

L-Ombudsman Ewropew jipprovdi servizz ta' Extranet lill-membri tan-Netwerk ta' Ombudsmen Ewropej, li jinkludi diversi fora ta' diskussjoni u ta' skambju ta' dokumenti. Dawn kienu ferm utli għall-uffiċċji ta' l-ombudsman fi ħdan in-Netwerk, u regolarment jittellgħu mistoqsijiet u tweġibiet dwar kwistjonijiet importanti relatati mad-dritt Komunitarju. L-Extranet jinkludi wkoll servizz elettroniku ta' l-aħbarijiet, l-Ombudsman Daily News, li huwa ppubblikat kuljum tax-xogħol u jinkludi artikli, stqarrijiet għall-istampa u avviżi mill-uffiċċji min-Netwerk kollu. Il-kontenut tal-Extranet jinkludi lista aġġornata u awtorevoli ta' ombudsmen nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-pajjiżi kandidati għall-sħubija fl-UE u ċerti pajjiżi Ewropej oħrajn.