L-Ombudsman Ewropew u inti - Kif taħdem
MIN jista' jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew?
Ċittadini, NGOs, assoċjazzjonijiet, negozji, universitajiet, ġurnalisti....
- B'ilmenti li jikkonċernaw istituzzjoni, uffiċċju jew aġenzija tal-UE
- Min diġà pprova jsolvi l-problema mal-korp tal-UE kkonċernat
- Meta l-kwistjoni ma tkunx ilha aktar minn sentejn
- Fejn ma tkun għaddejja l-ebda azzjoni legali oħra
L-Ombudsman jista' jgħin FI
- Trattament mhux ġust minn korpi tal-UE
- Problemi b'sejħiet għal offerti/kuntratti tal-UE
- Pagamenti tardivi minn fondi tal-UE
- Aċċess pubbliku għal dokumenti
- Dewmien f'negozjar ma' korpi tal-UE
- Illobbjar mhux żvelat jew mhux xieraq
X’JISTA' jagħmel l-Ombudsman?
- Isegwi l-ilment tiegħek mal-korp tal-UE
- Jgħin biex tinstab soluzzjoni ġusta għall-problema tiegħek
- Joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-korpi tal-UE
- Jispezzjona dokumenti tal-UE
KIF tikkuntattja lill-Ombudsman?
- Tista' tikkuntattja lill-Ombudsman fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE
- Imla l-formala faċli dwar l-ilmenti online.