• Pateikti skundą
  • Prašymas suteikti informaciją
60th Rome Treaty anniversaryJūsų Europoje - Europos ir nacionalinių viešųjų paslaugų internete portalas

Drittijiet tal-ilmentaturi

Kalbos :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

Din il-paġna tinkludi links għal materjal ta' informazzjoni dwar id-drittijiet ewlenin li inti tgawdi minnhom bħala ilmentatur fil-kuntatti tiegħek mal-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew.

Jekk jogħġbok aqra b'attenzjoni l-informazzjoni qabel ma tikkunsidra tkompli bid-drittijiet tiegħek permezz ta' kwalunkwe opzjoni disponibbli.

Nota ta' informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-kunfidenzjalità tad-data

Ipproċessar tad-data

L-ilmenti lill-Ombudsman u l-korrespondenza relatata ta' sikwit ikun fihom data personali, bħal ismijiet, dettalji ta' kuntatt u informazzjoni oħra relatata ma' individwi identifikabbli.

Hemm drittijiet u obbligi taħt il-liġi Ewropea (Regolament 45/2001)[1] dwar kif id-data personali tiġi ġestita mill-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż l-Ombudsman Ewropew. Dawn jinkludu d-dritt ta' individwu li jikseb aċċess għall-informazzjoni tiegħu jew tagħha stess miżmuma minn dan l-Uffiċċju. Biex teżerċita dawn id-drittijiet jew biex issir taf aktar, jekk jogħbok ikkuntattja lill-Uffiċċju tagħna.

Jekk persuna tikkunsidra li l-Ombudsman ma ġġestixxietx id-data personali tagħha sew, din il-persuna tista' tikkuntattja lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Kunfidenzjalità tal-ilment u tal-informazzjoni tiegħek

L-ilmentaturi huma mitlubin jidentifikaw b'mod ċar kwalunkwe dokument jew informazzjoni li huma jikkunsidraw kunfidenzjali minnufih meta jibagħtuhom lill-Ombudsman.

Il-kunfidenzjalità tista' tapplika biss jekk ikun hemm xi effett avvers li kieku l-informazzjoni kellha tiġi żvelata. Tista', pereżempju, tapplika għal informazzjoni finanzjarja, informazzjoni kummerċjalment sensittiva jew informazzjoni personali dwar individwu privat. Il-kunfidenzjalità ma tistax tiġi ggarantita dejjem. B'mod partikolari, jekk tippreżenta dokumenti lill-Ombudsman li fihom id-data personali ta' xi ħadd iżda li mhumiex tiegħek, dik il-persuna wisq probabbli li ser tkun tista' tiksibha mingħand l-Ombudsman, filwaqt li teżerċita d-drittijiet ta' protezzjoni tad-data tagħha. Fi kwalunkwe każ, għandek tistenna li l-ilment u kwalunkwe dokument ta' appoġġ tiegħek jiġu kondiviżi b'mod sħiħ mal-istituzzjoni jew mal-korp li inti qed tagħmel ilment dwaru, sabiex huma jkunu jistgħu jifhmuh bis-sħiħ u jirrispondu lill-Ombudsman.

Talba għal rieżami

Ilmentatur jista' jitlob rieżami ta' deċiżjoni li lment jaqa' barra l-mandat tal-Ombudsman jew mhuwiex ammissibbli, jew ta' deċiżjoni li tagħlaq investigazzjoni.

Ilmentatur ma jistax jitlob rieżami ta' sejba ta' amministrazzjoni ħażina jew ta' kwalunkwe rakkomandazzjoni li ssir wara sejba bħal din.

Talba għal rieżami għandha tistabbilixxi argumenti dettaljati dwar għalfejn id-deċiżjoni mhijiex korretta.

F'każ li l-ilmentatur jixtieq iressaq fatti ġodda relatati mal-allegata amministrazzjoni ħażina, l-ilmentatur għandu juri lill-Ombudsman li hu/hi ma kienx/ma kinitx f'pożizzjoni li jqajjimhom/tqajjimhom fl-ilment jew matul l-investigazzjoni.

Talba għal rieżami għandha ssir fi żmien xahrejn mid-data tad-deċiżjoni tal-Ombudsman li magħha għandha x'taqsam it-talba.

Deċiżjoni dwar talba għal rieżami tittieħed fi żmien 4 xhur minn meta tiġi rreġistrata. Id-data ta' skadenza tista' tiġi estiża jekk dan ikun ġustifikat.

Ilment dwar is-Servizz

Jekk m'intix sodisfatt bil-mod ta' kif inti jew l-ilment tiegħek ġejtu ttrattati mill-personal tal-Ombudsman, għall-kuntrarju tal-eżitu tal-ilment tiegħek, inti tista' tagħmel ilment dwar is-servizz.

Min jissorvelja l-Ombudsman?

M'hemm ebda dispożizzjoni għal appell mill-Ombudsman lil korp estern. Madankollu skont x’taħseb li għamilna ħażin, tista’ tikkunsidra l-possibbiltajiet li ġejjin.

Il-Parlament Ewropew. Kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, għandha d-dritt li tindirizza petizzjoni lill-Parlament Ewropew dwar kwistjoni li taqa’ taħt l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni u li taffettwah/a direttament. Ikklikkja hawnhekk biex tikseb aktar tagħrif dwar id-dritt ta’ petizzjoni.

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Jekk jidhirlek li l-Ombudsman aġixxa b'mod illegali, tista’ tikkunsidra li tressaq kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. Sabiex tagħmel dan, jeħtieġ li tkun rappreżentat minn avukat, li jkun jista' jagħtik parir ukoll dwar l-ispejjeż li aktarx ikun hemm u l-prospetti ta' suċċess. Għandek tifhem li l-Ombudsman u s-servizzi tiegħu/tagħha ma jistgħux jipprovdu pariri ta’ dan it-tip. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web Curia.

Id-dettalji ta’ kuntatt ġenerali tal-Ombudsman

Id-dettalji ta’ kuntatt ġenerali tal-Ombudsman

 

[1] REGOLAMENT (KE) NRU 45/2001 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data