- Exportálás PDF-be
- Rövid URL-link az oldalhoz
- Az oldal megosztásaTwitterFacebookLinkedin
Kif il-Kummissjoni Ewropea tiżgura li jiġi vvalutat l-impatt tal- “proġetti ta’ interess komuni” fuq is-sostenibbiltà u l-klima ta’ enerġija proposta
Megindított ügy
Ügy 1991/2019/KR - Vizsgálat megindítása Hétfő | 10 február 2020 - Határozat Kedd | 17 november 2020 - Érintett intézmények Európai Bizottság ( További vizsgálat nem indokolt )
L-Ombudsman Ewropew fetħet inkjesta dwar kif il-Kummissjoni Ewropea tiżgura li l-impatt tal-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija fuq is-sostenibbiltà u l-klima jiġi vvalutat qabel ma jiġu inklużi fil-lista ta’ “proġetti ta’ interess komuni” (PCIs) *. L-inkjesta hija bbażata fuq ilment, li jsostni li l-proġetti tal-gass mhumiex ivvalutati biżżejjed qabel ma jiġu inklużi fil-lista.
L-Ombudsman kitbet lill-Kummissjoni biex titlob aktar informazzjoni dwar kif wettqet valutazzjonijiet bħal dawn fir-rigward ta’ proġetti tal-gass u taż-żejt li kienu ddeżinjati bħala PCIs.
* Proġetti ta’ interess komuni (PCIs) huma proġetti ewlenin ta’ infrastruttura transkonfinali li jorbtu s-sistemi tal-enerġija tal-pajjiżi tal-UE. Il-PCIs jibbenefikaw minn ippjanar u għoti ta’ permessi aċċellerati, u jistgħu japplikaw għall-finanzjament mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE).
- Exportálás PDF-be
- Rövid URL-link az oldalhoz
- Az oldal megosztásaTwitterFacebookLinkedin