Suġġetti ta’ ħidma strateġika fl-2021

Suġġetti ta’ ħidma strateġika fl-2021
Investigazzjonijiet strateġiċi
· Il-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea tiġġestixxi movimenti “revolving doors” tal-membri tal-persunal tagħha
· It-trasparenza tal-interazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea mar-rappreżentanti tal-industrija tat-tabakk
· Il-mod li bih l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) tikkonforma mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali tagħha u tiżgura r-responsabbiltà fir-rigward tar-responsabbiltajiet imsaħħa tagħha
· Il-mod li bih l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) indirizzat l-applikazzjoni mill-ex Kap Eżekuttiv tagħha biex jieħu kariga għolja mal-Airbus
· Il-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-Fondi tal-UE użati għall-promozzjoni tad-dritt tal-persuni b’diżabilità u tal-persuni akbar fl-età għal għajxien indipendenti
· Il-Bank Ewropew tal-Investiment li jkollu ċerta informazzjoni personali ta’ applikanti għal impjieg qabel id-deċiżjonijiet ta’ reklutaġġ
Inizjattivi strateġiċi (talbiet għal kjarifika, investigazzjonijiet mhux formali)
· Il-mod li bih l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE jirreġistraw test u messaġġi istantanji mibgħuta/riċevuti mill-membri tal-persunal fil-kapaċità professjonali tagħhom
· L-intelliġenza artifiċjali u l-amministrazzjoni tal-UE
· Id-dmir tal-amministrazzjoni tal-UE li tinforma lill-pubbliku dwar kif għandu jeżerċita d-dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti tal-UE
· It-trasparenza tal-portal tal-UE għall-ġestjoni tal-offerti għal kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-UE
· L-obbligi ta’ trasparenza tal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tar-rieżami li jmiss tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tabakk
· Il-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea tagħmel disponibbli informazzjoni dwar laqgħat bejn il-kummissarji u l-organizzazzjonijiet jew individwi li jaħdmu għal rashom
· Il-mod li bih il-Kummissjoni Ewropea tiżgura rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali.