Rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-interazzjoni tal-uffiċjali pubbliċi ma’ rappreżentanti ta’ interessi
Kirjeenvaihto - Päivämäärä Keskiviikkona | 24 toukokuuta 2017
Kanteluasia SI/7/2016/KR - Tutkittavaksi otetut kantelut, pvm Torstaina | 26 toukokuuta 2016 - Päätökset, pvm Torstaina | 27 kesäkuuta 2019 - Toimielin, jota kantelu koskee Euroopan komissio
X’GĦANDEK TAGĦMEL |
X’ M’GĦANDEKX TAGĦMEL |
1. Tivverifika jekk ir-rappreżentanti ta’ interessi għandhomx jiġu rreġistrati fir-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE qabel tiltaqa’ magħhom jew taċċetta stedina għal avveniment. |
1. Tiltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ interessi li mhumiex irreġistrati fir-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE jekk ir-regoli tiegħek ma jippermettux jew ma jirrakkomandawx dan; jekk jogħġbok itlob lir-rappreżentant jirreġistra jekk l-attivitajiet tiegħu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. |
2. Tipprepara tajjeb u tagħmel riċerka bażika biex tivverifika x’interessi jirrappreżentaw u min qed jiffinanzjahom. Jekk ikun hemm bżonn, titlob iktar informazzjoni. |
2. Tinjora l-motivi ta’ dawk li jfittxu li jiltaqgħu miegħek jew li jistednuk għal avvenimenti. L-illobbjar isir minn medda ta’ organizzazzjonijiet, inkluż konsulenzi, ditti legali, NGOs, gruppi ta’ riflessjoni, kampanji fil-livell taċ-ċittadini, ... |
3. Tiżgura li dawn jiddivulgaw, bil-quddiem, l-iskop tal-laqgħa/il-kwistjoni li se tiġi diskussa, l-ismijiet tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet u/jew il-klijenti f’isem min jaġixxu, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. |
3. Tinteraġixxi ma’ rappreżentant ta’ interessi partikolari mingħajr ma tikkunsidra li toffri opportunità simili lil gruppi oħra. |
4. Tivvaluta u tevita kwalunkwe riskju ta’ kunflitti bejn l-interessi privati tiegħek u l-interess pubbliku u taħseb kif tista’ tiġi pperċepita l-interazzjonI tiegħek. |
4. Taċċetta kwalunkwe stedina għal xi laqgħa jew avveniment, li jistgħu jpoġġu lill-organizzazzjoni tiegħek f’pożizzjoni delikata. |
5. Tieqaf u tirrifletti dwar kif tipproċedi, jekk ikollok dubju. Jekk ikun hemm bżonn, ikkonsulta l-maniġment tiegħek u jekk jiġi deċiż li jenħtieġ li tibqa’ għaddej, żid nota fil-fajl li tispjega għaliex. |
5. Tinsa tinforma kollegi rilevanti u l-maniġment tiegħek wara laqgħat u avvenimienti. |
6. Tkun konxju li mhux kull rappreżentazzjoni ta’ interessi ssir f’ambjent formali. L-illobbjar jista’ jsir ukoll waqt laqgħat każwali u f’ambjenti soċjali. Dejjem tibqa’ professjonali. |
6. Taċċetta jew tirranġa laqgħat mhux waqt il-ħinijiet tal-uffiċju u mhux fil-bini uffiċjali. Jekk tagħmel hekk, ikkunsidra li tinforma l-maniġment tiegħek u tinvolvi kollega ieħor/oħra. |
7. Iżżomm drawwiet tajba ta’ żamma ta’ rekords, inkluż id-data/il-post tal-laqgħa, l-ismijiet tal-parteċipanti, tal-organizzazzjonijiet u/jew tal-klijenti, u l-kwistjonijiet diskussi. Tuża s-sistema uffiċjali tal-ġestjoni tal-fajls tal-organizzazzjoni tiegħek. |
7. Tagħmel jew tgħid xi ħaġa li tista’ tidher bħala li qed tagħti trattament preferenzjali lil rappreżentant ta’ interessi. |
8. Tirrispetta r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni applikabbli, pereżempju, fil-Kummissjoni, tiddivulga d-dettalji ta’ laqgħat bejn ir-rappreżentanti ta’ interessi u l-Kummissarji, il-membri tal-Kabinett u d-Diretturi Ġenerali. |
8. Tagħti l-impressjoni lil xi rappreżentant ta’ interessi li kwalunkwe parir, idea jew informazzjoni partikolari jistgħu jew se jkunu deċiżivi fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
9. Tirrapporta prattiki ta’ lobbjar li jitqiesu mhux aċċettabbli b’mod partikolari fid-dawl tal-Kodiċi ta’ Kondotta tar-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE għal rappreżentanti ta’ interessi. |
9. Tikkondividi informazzjoni li m’intix awtorizzat li tikkondividi jew tagħmel użu ħażin minn informazzjoni kunfidenzjali. |
10. Tiffamiljarizza ruħek, pereżempju permezz ta’ taħriġ, mar-regoli speċifiċi li japplikaw għall-organizzazzjoni tiegħek. Meta r-regoli speċifiċi jvarjaw minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, tal-ewwel normalment għandhom jingħataw preċedenza. |
10. Taċċetta ospitalità minn rappreżentant ta’ interessi mingħajr kunsiderazzjoni bir-reqqa u sakemm ma tkunx konformi mar-regoli applikabbli. Fejn ikun hemm bżonn, tirrapporta informazzjoni dwar kwalunkwe rigal jew ospitalità li rċevejt. |