You have a complaint against
an EU institution or body?

Testijiet mhux meħtieġa fuq annimali minn reġistranti taʼ sustanzi kimiċi

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 1568/2012/(FOR)AN kontra l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Il-każ, ippreżentat mill-Fondazzjoni PETA, ikkonċerna l-ambitu tal-poteri u d-dmirijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) taħt ir-Regolament REACH. Il-kwerelant ikkunsidra li l-ECHA ma tagħmilx biżżejjed sabiex tiżgura li r-reġistranti taʼ sustanzi kimiċi jevitaw milli jwettqu testijiet mhux meħtieġa fuq l-annimali sabiex juru s-sigurtà tas-sustanzi tagħhom.

L-Ombudsman indagat dwar il-kwistjoni u sabet li, tabilħaqq, l-interpretazzjoni tal-ECHA tal-obbligi tagħha kienet restrittiva wisq. L-Ombudsman għalhekk għamlet proposta taʼ soluzzjoni amikevoli lill-ECHA li tikkonċerna r-rwol tagħha stess kif ukoll il-kooperazzjoni li għandha tistabbilixxi maʼ awtoritajiet taʼ Stati Membri. L-Ombudsman kienet sodisfatta bir-risposta tal-ECHA u għalqet il-każ.