• Lodge a complaint
  • Request for information
Public consultation on the European Ombudsman’s Strategy Towards 201960th Rome Treaty anniversaryYour Europe - The portal to on-line European and national public services

Meeting with the Heads of EU Agencies - Introductory remarks by the European Ombudsman, Emily O'Reilly

Available languages: bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

Emily O’Reilly ġiet eletta bħala l-Ombudsman Ewropew f’Lulju 2013 u ħadet il-kariga fl-1 ta’ Ottubru 2013. Hi ġiet eletta mill-ġdid f’Diċembru 2014 għal mandat ta’ ħames snin. Hija awtur u kienet ġurnalista u xandara li saret l-ewwel Ombudsman u Kummissarju għall-Informazzioni mara tal-Irlanda fl-2003. Fl-2007 ġiet maħtura wkoll bħala l-Kummissarju għall-Informazzjoni dwar l-Ambjent.

Bħala ex-editur politiku, xandara u awtur, ix-xogħol tagħha ġie rikonoxxut fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Hija ntgħażlet għal Harvard University Fellowship fl-1988 u rċeviet diversi premji nazzjonali.

Kitbet tliet kotba dwar il-politika u l-midja Irlandiża li ġew imfaħħra mill-kritiċi u hija membru tal-International Advisory Board tal-Nieman Foundation for Journalism ta’ Harvard.

Is-Sinjura O'Reilly iggradwat mill-University College Dublin b’Lawrja fil-Lingwi u l-Litteratura Ewropej (1979) u għandha Graduate Diploma fl-Edukazzjoni minn Trinity College Dublin (1980). Ingħatat Dottorat Honoris Causa fil-Liġi min-National University tal-Irlanda fl-2008 b’rikonoxximent tal-ħidma tagħha biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem matul il-karriera tagħha bħala ġurnalista u bħala Ombudsman. Fl-2014 irċeviet Dottorat Honoris Causa ieħor fil-Liġi mill-University College Dublin fl-Irlanda.

Matul il-karriera ġurnalistika tagħha, ingħatat żewġ premji: Ġurnalista tas-Sena u Ġurnalista Mara tas-Sena.