You have a complaint against an EU institution or body?

Rapport Annwali 2014

Introduzzjoni

Emily O’Reilly, Ombudsman Ewropew

Huwa pjaċir tiegħi li nippreżentalek ir-Rapport Annwali għall-2014.

Din kienet sena estremament produttiva għall-Ombudsman Ewropew hekk kif aħna bdejna l-implimentazzjoni tal-istrateġija l-ġdida tagħna, Lejn l-2019, b’enfasi akbar fuq il-kwistjonijiet strateġiċi tal-amministrazzjoni pubblika tal-UE, li jaffettwaw miljuni ta’ Ewropej.

Bit-tqajjim tal-viżibbiltà tal-uffiċċju u ż-żieda fir-rilevanza tiegħu, nittamaw li niksbu impatt pożittiv akbar fuq it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għall-benefiċċju taċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE.

Fl-2014, aħna kkontribwixxejna f’dibattiti ewlenin fil-livell
tal-UE, billi għamilna użu akbar tal-poter tagħna biex immexxu investigazzjonijiet strateġiċi fuq inizjattiva proprja. Rajna riżultati tajbin fl-investigazzjoni tagħna fit-trasparenza tan-negozjati dwar Sħubija Transatlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP). L-Ombudsman kienet ukoll parti mill-isforz konġunt għal żieda fit-trasparenza tal-lobbying fl-UE. Aħna mexxejna diversi investigazzjonijiet dwar din il-kwistjoni ġenerali, inklużi l-kompożizzjoni u t-trasparenza tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni Ewropea u l-fenomenu tal-“bibien li jduru”.

Barra minn hekk komplejna nsolvu għadd sinifikanti ta’ lmenti minn individwi, membri ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, negozji u interessi oħrajn, u assistejna lil ħafna oħrajn biex ifittxu soluzzjonijiet għad-diffikultajiet tagħhom.

Fl-aħħar tas-sena, kont onorata li ġejt eletta għal darb’oħra mingħajr ebda oppożizzjoni mill-Parlament Ewropew bl-appoġġ minn fost il-gruppi politiċi ewlenin kollha. Jiena nġedded il-wegħda tiegħi li naħdem b’mod indipendenti u b’enerġija f’isem iċ-ċittadini tal-UE u li nassisti lill-istituzzjonijiet tal-UE fl-isforz tagħhom biex jipprovdu l-aħjar servizz possibbli liċ-ċittadini u r-residenti tal-Ewropa.

Emily O’Reilly illum kienet eletta mill-ġdid mill-Parlament Ewropew bħala l-Ombudsman Ewropew.

Emily O’Reilly kienet eletta mill-ġdid fis-16 ta’ Diċembru 2014. http://europa.eu/!uk78wD

Prosit lil Emily O’Reilly għall-elezzjoni mill-ġdid tagħha bħala l-Ombudsman Ewropew mill-Parlament Ewropew! Il-maġġoranza kbira ta’ voti li ġabet hija xhieda tax-xogħol ta’ min ifaħħru mwettaq minnha.

Jien se nkompli wkoll nikkollabora mill-qrib mal-Parlament Ewropew, mal-ombudsmen nazzjonali u reġjonali, u mal-familja kollha tal-ombudsman.

Nistiednek biex tgawdi t-tieni Rapport Annwali tiegħi.

Strasburgu, 16 ta’ Frar 2015

Emily O’Reilly

Kapitolu 1 - Ħarsa lejn l-2014

The year 2014 was an eventful one for the ombudsman institution, as the Ombudsman embarked on implementing her new strategy for greater impact, visibility, and relevance. Here are some of the key highlights from the year:

Jannar

Konsultazzjoni pubblika dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewrope

Frar

L-avveniment “Lil hinn mill-kriżi? In-Negozju fl-Ewropa 2014”

Marzu

L-avveniment “Il-lista ta’ xewqat tiegħek għall-Ewropa”

April

Trasparenza fir-Regolament ġdid tal-UE dwar il-Provi Kliniċi

Mejju

Id-drittijiet fundamentali fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE

Ġunju

Seminar dwar in-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen

Lulju

Regoli dwar żvelar ta’ informazzjoni protetta fl-istituzzjonijiet tal-UE

Awwissu

Trasparenza fit-TTIP

Settembru

“Bibien li jduru” fil-Kummissjoni

Ottubru

Id-drittijiet tal-bniedem u r-ritorn furzat bil-Frontex

Novembru

Ir-rilaxx tal-“Ittra tal-BĊE lill-Irlanda”

Diċembru

L-Ombudsman eletta mill-ġdid

Kapitolu 2 - Suġġetti ewlenin

Meta Emily O’Reilly ħadet il-kariga bħala Ombudsman Ewropew f’Ottubru 2013, hija ħabbret li kienet ser tutilizza l-poteri fuq inizjattiva proprja biex tinvestiga problemi sistemiċi fl-amministrazzjoni tal-UE b’mod aktar strateġiku. L-Ombudsman trid tiżgura li l-ħidma tal-uffiċċju tagħha ssir aktar rilevanti fir-rigward tat-tħassib ewlieni taċ-ċittadini u r-residenti Ewropej ordinarji. Għal dan il-għan, hija ħatret Koordinatur għall-Investigazzjoni fuq Inizjattiva Proprja biex imexxi l-investigazzjonijiet strateġiċi fuq inizjattiva proprja, b’kollaborazzjoni ma’ kollegi, għal twettiq veloċi u effettiv. Ħafna mill-każijiet użati f’din is-sezzjoni bħala eżempji nfetħu fuq l-inizjattiva tal-Ombudsman.

2.1 Trasparenza

L-ilmenti relatati man-nuqqas ta’ trasparenza fl-istituzzjonijiet tal-UE għadhom fil-quċċata tal-lista ta’ lmenti għall-Ombudsman Ewropew. Għal diversi snin issa, minn 20 % sa 30 % tal-ilmenti li l-uffiċċju tal-Ombudsman jinvestiga kienu jikkonċernaw it-trasparenza. Il-kwistjonijiet ta’ trasparenza l-aktar komuni li jitqajmu huma r-rifjut tal-istituzzjonijiet li jagħtu aċċess għal dokumenti u/jew informazzjoni. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tiggarantixxi liċ-ċittadini d-dritt ta’ aċċess għal dokumenti pubbliċi.

Fl-2014, l-Ombudsman fetħet numru ta’ investigazzjonijiet dwar ir-rifjut tal-istituzzjonijiet li jagħtu aċċess għal dokumenti ewlenin tal-UE, b’riżultati pożittivi. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat dokumenti dwar id-dħul tal-Greċja fiż-Żona tal-euro, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) żvela ittra li kien bagħat lill-gvern Irlandiż fl-eqqel tal-kriżi finanzjarja, u l-Kummissjoni rrilaxxat dokumenti interni dwar il-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE.

Il-każ tal-Greċja, ippreżentat minn ġurnalist Ġermaniż, kien jikkonċerna dokumenti dwar ir-rapporti tal-bidla tal-Greċja u l-korrispondenza bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, mal-awtoritajiet Griegi, u mal-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra tal-UE.

L-Ombudsman Ewropew tfaħħar lill-Kummissjoni Ewropea għall-pubblikazzjoni ta’ 140 dokument dwar id-dħul tal-Greċja fiż-Żona tal-euro fl-2001.

Wara l-intervent tal-Ombudsman, is-Segretarjat Ġenerali identifika 140 dokument u rrilaxxahom kollha lill-ġurnalist. L-Ombudsman faħħret din l-azzjoni, u fakkret kemm huwa vitali li ċ-ċittadini Ewropej jifhmu kif iseħħu d-deċiżjonijiet importanti li jaffettwaw lil ħajjithom, b’mod speċjali fi żminijiet ta’ kriżi.

F’ittra lill-Ministru tal-Finanzi Irlandiż fl-2010, Jean-Claude Trichet, il-President ta’ dak iż-żmien tal-BĊE, talab lill-Irlanda biex taġixxi malajr sabiex tipproteġi l-istabbiltà finanzjarja tagħha. Meta ġurnalist Irlandiż talab li jara l-ittra fl-2011, il-BĊE rrifjuta li jiżvelaha. Il-BĊE sostna li kien hemm il-ħtieġa li tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja tal-Irlanda fil-kuntest ta’ pressjoni sinifikanti fuq is-suq u ta’ inċertezza estrema.

L-Ombudsman Ewropew Emily O’Reilly tilqa’ r-rilaxx tal-ittra tal-Bank Ċentrali Ewropew. “B’mod ċar l-ittra kellha tiġi rilaxxata ħafna aktar qabel.”

L-Ombudsman ikkonkludiet li l-BĊE kien korrett li ma żvelax l-ittra fl-2011, meta l-ġurnalist talab li jaraha. F’dak iż-żmien, l-UE kienet għaddejja minn kriżi finanzjarja. Madankollu, kienu għaddew aktar minn tliet snin minn meta l-Bank bagħat l-ittra. Fl-aħħar, il-BĊE osserva r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman biex jiżvela l-ittra. L-Ombudsman enfasizzat li l-kriżi ekonomika kkawżat tbatija kbira għall-poplu Irlandiż, u li ċ-ċittadini għandhom id-dritt ikunu jafu l-verità, irrilevanti minn kemm tkun spjaċevoli. Hija għadha taħdem mal-BĊE biex itejjeb il-politiki u l-prattiki tiegħu fl-oqsma tat-trasparenza u l-etika.

Il-każ tal-ittra tal-BĊE lill-Irlanda tal-Ombudsman Ewropew 2014. http://europa.eu/!nQ37UM

F’każ ieħor relatat mat-trasparenza, riċerkatur Ġermaniż ilmenta mal-Ombudsman wara li l-Kummissjoni rrifjutat li tagħtih aċċess sħiħ għal proposta għal regolament ġdid dwar il-Politika Komuni tas-Sajd. Il-Kummissjoni argumentat li l-iżvelar sħiħ idgħajjef il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha.

Ombudsman Ewropew: Il-Kummissjoni Ewropea tirrilaxxa dokumenti interni dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

Fl-aħħar, il-Kummissjoni segwiet ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman biex tirrilaxxa d-dokumenti, għalkemm dan seħħ biss wara li kien intlaħaq qbil dwar ir-riforma tal-Politika. L-Ombudsman laqgħet dan l-eżitu filwaqt li għamlitha ċara li fil-każijiet futuri, hi tistenna li l-Kummissjoni tagħti aċċess għal dokumenti simili b’mod immedjat.

2.2 Trasparenza fil-lobbying

B’ritmu mgħaġġel Brussell qed issir it-tieni l-aktar ċentru importanti ta’ lobbying fid-dinja, wara Washington. Għaldaqstant, mingħajr ebda sorpriża, il-ħidma tal-Ombudsman fl-2014 iffoka dejjem aktar fuq it-trasparenza fl-attivitajiet ta’ lobbying.

F’dan il-kuntest, l-Ombudsman fetħet tliet investigazzjonijiet strateġiċi fuq inizjattiva proprja, tnejn minnhom b’rabta man-negozjati li għaddejjin dwar is Sħubija Transatlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP). Il-Kummissjoni Ewropea qed tinnegozja l-ftehim f’isem l-Unjoni, fuq mandat mogħti mill-Kunsill tal-UE. Jekk jiġi konkluż, il-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti se joħloq l-akbar żona ta’ kummerċ ħieles fl-istorja. It-TTIP se jsawwar regoli u standards futuri f’oqsma bħas-sikurezza tal-ikel, il-karozzi, is-sustanzi kimiċi, il-farmaċewtiċi, l-enerġija, l-ambjent, u l-post tax-xogħol.

F’Lulju, l-Ombudsman bdiet tinvestiga r-rifjut mill-Kunsill tal-UE li jirrilaxxa d-direttivi li l-UE qed tuża biex tinnegozja t-TTIP. Hija bdiet ukoll tindaga dwar il-passi li l-Kummissjoni kienet qiegħda tieħu biex tiżgura l-parteċipazzjoni trasparenti u pubblika fin-negozjati tat-TTIP. Aktar kmieni, l-Ombudsman ressqet, lill-Kummissjoni Ewropea, miżuri li setgħet tieħu biex tippermetti aċċess pubbliku f’waqtu għad-dokumenti tat-TTIP, u dettalji ta’ laqgħat mal-partijiet ikkonċernati. Kien hemm tħassib dwar rifjut biex jiġu żvelati dokumenti, l-iżvelar mhux awtorizzat ta’ dokumenti, id-dewmien, u li ċerti partijiet ikkonċernati apparentement kienu qed jirċievu aċċess privileġġat għad-dokumenti tat-TTIP.

Pass eqreb lejn it-trasparenza fit-TTIP: L-Ombudsman Ewropew titlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jippubblikaw aktar dokumenti tat-TTIP.

Naqblu li l-mandat għandu jiġi ppubblikat ukoll. Grazzi għall-Ombudsman Ewropew għar-rikonoxximent tal-isforz tagħna s’issa.

F’Ottubru, il-Kunsill ippubblika d-direttivi inkwistjoni. Ftit żmien wara, il-Kummissjoni ħabbret il-pjanijiet tagħha li żżid it-trasparenza fil-lobbying, fejn wiegħdet li tagħti aċċess usa’ għal dokumenti oħrajn tat-TTIP. L-Ombudsman laqgħet dawn il-passi u ħabbret proposti dwar kif għandha tissaħħaħ aktar it-trasparenza tan-negozjati tat-TTIP.

L-investigazzjoni fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman Ewropew fir-rigward taż-żieda fit-trasparenza tat-TTIP 2014. http://europa.eu/!UW98Fq

It-tielet investigazzjoni tikkonċerna l-kompożizzjoni u t-trasparenza ta’ mijiet ta’ gruppi ta’ esperti, li fuqhom il-Kummissjoni toqgħod biex tabbozza l-leġiżlazzjoni u l-politika, li jkopru l-oqsma li jvarjaw minn servizzi fiskali u bankarji, għas-sikurezza stradali u l-farmaċewtiċi. L-Ombudsman l-ewwel wettqet konsultazzjoni pubblika biex tidentifika kemm ir-rappreżentazzjoni tal-oqsma rilevanti ta’ kompetenza u ta’ interess hija bbilanċjata fil-gruppi differenti, jekk il-ħatra ta’ membri “f’kapaċità personali” hijiex problematika, u jekk il-gruppi jaħdmux b’mod kemm jista’ jkun trasparenti.

L-input tat-Transparency International tal-UE ppubblikat fil-konsultazzjoni tal-Ombudsman Ewropew dwar il-gruppi ta’ esperti.

Ta’ interess partikolari huwa d-Direttorat Ġenerali
tal-Kummissjoni għall-Agrikoltura (DĠ AGRI). Dan qed jistabbilixxi 14-il grupp ta’ djalogu ċivili biex iservu bħala korpi konsultattivi għall-Politika Komuni Agrikola. L-UE tonfoq aktar minn terz tal-baġit tagħha fuq dan il-qasam ta’ politika kruċjali. Għaldaqstant, l-Ombudsman qiegħda tinvestiga l-kompożizzjoni ta’ dawn il-gruppi, biex tiggarantixxi rappreżentazzjoni bbilanċjata ta’ din il-firxa wiesgħa ta’ gruppi ta’ interess ekonomiċi u mhux ekonomiċi.

Frans Timmermans - L-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli għar-Regolamentazzjoni Aħjar, Relazzjonijiet Interistituzzjonali, l-Istat tad-Dritt u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

L-Ombudsman hija involuta wkoll fid-dibattitu dwar ir-Reġistru ta’ Trasparenza tal-UE, stabbilit biex jagħmel it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE aktar trasparenti, u biex iċ-ċittadini jkunu jafu min qed jipprova jinfluwenza t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE. Il-Parlament u l-Kummissjoni jmexxu r-Reġistru b’mod konġunt. Kumpaniji, konsulenzi professjonali, konsulenti li jaħdmu għal rashom, assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, istituzzjonijiet akkademiċi, NGOs, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw komunitajiet reliġjużi, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw awtoritajiet lokali, reġjonali u muniċipali, u oħrajn li qed jagħmlu lobbying fl-istituzzjonijiet tal-UE, jistgħu jirreġistraw volontarjament. Aktar minn 7 000 organizzazzjoni huma elenkati fir-Reġistru.

L-Ombudsman faħħret lil Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli għar-Regolamentazzjoni Aħjar, Relazzjonijiet Interistituzzjonali, l-Istat tad-Dritt u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, għall-pjanijiet tiegħu biex jaħdem favur Reġistru obbligatorju. Hija laqgħet ukoll id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Diċembru 2014, li tobbliga lill-Membri kollha tal-Kummissjoni u l-uffiċjali għolja li jippubblikaw il-kuntatti u l-laqgħat kollha mal-partijiet ikkonċernati u l-lobbyists fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni. Madankollu, l-Ombudsman, finalment trid tara r-Reġistru ta’ Trasparenza mnaqqax fil-liġi, u ma jibqax ftehim interistituzzjonali sempliċi. Barra minn hekk, hija ħeġġet lill-Kunsill biex jipparteċipa fir-Reġistru, u ħeġġet lill-Kummissjoni tintroduċi inċentivi aktar b’saħħithom għal-lobbyists biex jirreġistraw, f’konformità mal-prattika tal-Parlament.

2.3 Trasparenza tad-data ta’ provi kliniċi

Fl-2014, l-Ombudsman kellha rwol ewlieni fil-qasam tat-trasparenza tad-data ta’ provi kliniċi billi tat l-għajnuna biex titfassal il-politika tat-trasparenza proattiva tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), li hija adottat f’Ottubru.

Fl-aħħar ħames snin, l-Ombudsman għamlet aktar minn tnax-il investigazzjoni dwar ir-rifjut tal-EMA li tiżvela d-dokumenti dwar kif hija tirregola l-mediċini u tawtorizza t-tqegħid tagħhom fis-suq, inklużi dawk għat-trattament tal-isklerożi multipla, l-akne, l-infezzjonijiet batteriċi, u l-obeżità. Bi tweġiba għall-intervent tal-Ombudsman, l-EMA dehret lesta li tadotta approċċ proattiv favur it-trasparenza, u fl-2012, ħabbret politika ġdida, li tagħti l-aċċess pubbliku l-aktar wiesa’ possibbli għad-data tal-provi kliniċi.

Madankollu, fl-2014, l-Ombudsman esprimiet it-tħassib tagħha meta l-Aġenzija dehret li qed titbiegħed minn dak li wiegħdet billi ppjanat li timponi rekwiżiti stretti ta’ kunfidenzjalità, tillimita l-aċċess għal wiri fuq “skrin biss”, u tirrestrinġi b’mod wiesa’ l-użu tad-data tal-provi kliniċi. Eventwalment l-EMA warrbet il-politika tal-“iskrin biss”. Għaldaqstant, għalkemm b’xi riżervi, l-Ombudsman laqgħet id-deċiżjoni tal-Aġenzija f’Ottubru 2014 li b’mod proattiv tippubblika r-rapporti dwar studji kliniċi li huma l-bażi tad-deċiżjonijiet meħuda dwar il-mediċini minn Jannar 2015. L-Ombudsman se tkompli tissorvelja mill-qrib kif l-EMA tagħmel id-data tal-provi kliniċi disponibbli, u biex tiżgura li din tissodisfa l-ogħla standards ta’ trasparenza.

L-Ombudsman Ewropew titlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini biex tispjega l-editjar stramb fir-rapporti tal-provi. Battalja vitali.

L-Ombudsman laqgħet ukoll ir-Regolament ġdid dwar il-Provi Kliniċi tal-UE, li jesiġi li l-informazzjoni dwar il-provi kliniċi jkunu disponibbli, u eventwalment aċċessibbli elettronikament. Hija ferħet lill-Parlament, b’mod partikolari, lil Glenis Willmott, MPE, u x-shadow rapporteurs, għat-tmexxija b’suċċess tal-leġiżlazzjoni lejn eżitu ferm pożittiv.

L-Ombudsman iddedikat l-avveniment tradizzjonali tagħha “Jum Internazzjonali dwar id-Dritt għall-Għarfien” favur it-trasparenza tad-data tal-provi kliniċi. Dan kien intitolat: “It-trasparenza u s-saħħa pubblika – kemm hija aċċessibbli d-data xjentifika?” L-avveniment sar fid-29 ta’ Settembru fil-Parlament fi Brussell. Dan ġabar flimkien ir-rappreżentanti tal-EMA, il-Kummissjoni, il-Parlament, konsulenzi dwar l-affarijiet pubbliċi, professjonisti legali, l-industrija, NGOs, ġurnalisti, riċerkaturi, u attivisti, biex b’kollox attira madwar 150 parteċipant.

L-Avveniment “Jum Internazzjonali dwar id-Dritt għall-Għarfien” tal-Ombudsman Ewropew 2014. http://europa.eu/!Tj64cN

It-trasparenza u s-saħħa pubblika: Kemm hija aċċessibbli d-data xjentifika? L-Avveniment “Jum Internazzjonali dwar id-Dritt għall-Għarfien” huwa ċċelebrat fid-dinja kollha mill-aċċess għal avukati ta’ informazzjoni. Din is-sena, l-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, eżaminat il-kwistjoni ta’ kif data xjentifika trasparenti hija għall-benefiċċju tal-pazjenti, tat-tobba, u tar-riċerkaturi.

2.4 Id-drittijiet fundamentali

Fil-qasam tal-obbligi tal-amministrazzjoni tal-UE dwar id-drittijiet fundamentali, l-Ombudsman fetħet żewġ investigazzjonijiet strateġiċi ewlenin fuq inizjattiva proprja fl-2014. Waħda tirrigwarda l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE. L-Unjoni waqqfet din il-politika biex toħloq it-tkabbir u l-impjiegi, tindirizza t-tibdil fil-klima u d-dipendenza enerġetika, u tnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali fir-reġjuni inqas żviluppati fl-UE. Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), li huma ġestiti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri b’mod konġunt, jikkofinanzjaw il-politika. L-allokazzjoni tal-FSIE għall-2014-2020 ta’ aktar minn EUR 350 biljun tammonta għal aktar minn terz tal-baġit tal-UE għal dak il-perjodu.

Xi wħud minn dawn il-fondi huma mistennija li jgħinu lill-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, iżda tqajmu mistoqsijiet dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-implimentazzjoni tal-politika. Pereżempju, il-flus qegħdin jintużaw biex jiġu “istituzzjonalizzati” persuni b’diżabilità minflok jgħinu biex jiġu integrati? F’din l-investigazzjoni, l-Ombudsman staqsiet: il-Karta kif qed tiġi applikata fl-implimentazzjoni; tista’ l-Kummissjoni timponi sanzjonijiet fuq Stati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mad-drittijiet fundamentali; u tista’ l-Kummissjoni tissospendi l-finanzjamenti jew tirkupra fondi li jintefqu bi ksur ta’ dawn id-drittijiet? Barra minn hekk, l-Ombudsman stiednet il-kollegi tagħha fin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen u korpi oħrajn tal-protezzjoni tad-drittijiet biex jagħmlu osservazzjonijiet dwar is-suġġett.

Investigazzjoni fuq inizjattiva proprja mill-Ombudsman Ewropew dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-politika ta’ koeżjoni tal-UE għall-2014. http://europa.eu/!Fw47bQ

Inizjattiva eċċellenti mill-Ombudsman Ewropew biex tinvestiga l-infiq tal-fondi ta’ koeżjoni tal-UE fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet fundamentali.

Bejn l-2006 u l-2014, l-UE ġiegħlet madwar 13-il elf migrant mhux tal-UE mingħajr permess li jibqgħu fit-territorju tal-UE biex imorru lura fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-UE (Frontex) tikkoordina u tikkofinanzja operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn (JROs) b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Fl-2013, l-Ombudsman appellat lill-aġenzija biex tistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għal ksur potenzjali tad-drittijiet fundamentali li jkun ġej mill-ħidma tagħha.

L-Ombudsman segwiet il-ħidma tagħha f’dan il-qasam importanti fl-2014 billi evalwat kif il-Frontex tiżgura rispett għall-benessri ta’ persuni ripatrijati matul it-titjiriet, pereżempju dawk li huma morda jew fi tqala avvanzata. Barra minn hekk hija trid tkun taf kif tista’ tiġi ggarantita s-sorveljanza matul it-titjiriet, u kif jiġi implimentat il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Frontex għall-JROs. Peress li l-ombudsmen huma fost il-korpi nazzjonali ta’ sorveljanza li jikkooperaw mal-Frontex fil-JROs, l-Ombudsman ukoll talbithom informazzjoni bbażata fuq l-esperjenza tagħhom.

2.5 Kwistjonijiet etiċi

Fl-2014, l-Ombudsman indirizzat għadd sostanzjali ta’ lmenti relatati ma’ kwistjonijiet etiċi, bħall-kunflitt ta’ interess u l-prattika ta’ “bibien li jduru” fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE. It-terminu “bibien li jduru” jintuża biex jiddeskrivi moviment mill-persunal tas-settur pubbliku għal impjiegi marbutin mill-qrib fis-settur privat, jew viċeversa.

L-Ombudsman ripetutament enfasizzat li l-amministrazzjoni tal-UE għandha taderixxi ma’ “standards tad-deheb” fir-rigward tal-imġiba etika. F’dan ir-rigward, l-Ombudsman għamlet żewġ investigazzjonijiet strateġiċi.

L-ewwel waħda tikkonċerna l-mod kif il-Kummissjoni tindirizza każijiet ta’ “bibien li jduru”. L-Ombudsman investigat ilmenti minn ħames NGOs u spezzjonat 54 fajl ta’ “bibien li jduru” tal-Kummissjoni. Hija sabet diversi nuqqasijiet. Ma kienx dejjem ċar jekk l-uffiċjali li se jitilqu pprovdewx lill-Kummissjoni b’dettalji suffiċjenti biex jinformaw b’mod sħiħ id-deċiżjonijiet tagħha, u lanqas kif il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti mis-servizzi tagħha. B’mod partikolari, l-Ombudsman tat parir lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-mod kif tittratta każijiet ta’ “bibien li jduru” biex jiġi evitat il-kunflitt ta’ interess u l-erożjoni tal-fiduċja tal-pubbliku. Hija talbet ukoll lill-Kummissjoni biex tippubblika każijiet ta’ “bibien li jduru” ta’ uffiċjali għolja tal-UE fuq is-sit elettroniku tagħha.

L-NGOs jilqgħu d-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew: Il-Kummissjoni Ewropea għandha tintroduċi trasparenza dwar każijiet ta’ “bibien li jduru” ta’ uffiċjali għolja.

L-Ombudsman talbet informazzjoni minn disa’ istituzzjonijiet tal-UE, inklużi l-Kummissjoni, il-Parlament, u l-Kunsill, dwar ir-regoli tagħhom biex jipproteġu l-informaturi. Dak iż-żmien, il-Kummissjoni biss kellha linji gwida dwar żvelar ta’ informazzjoni protetta, iżda l-ebda regola interna. Minn Jannar 2014, ir-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġu li l-istituzzjonijiet tal-UE jintroduċu regoli interni dwar żvelar ta’ informazzjoni protetta. L-Ombudsman trid tkun taf sa liema punt l-istituzzjonijiet ikkonsultaw lill-persunal u lill-pubbliku dwar dawn ir-regoli, u kif jipproteġu informaturi esterni bħal kuntratturi jew subkuntratturi fil-programmi u l-proġetti ffinanzjati mill-UE. Biex tkun ta’ eżempju, l-Ombudsman abbozzat regoli interni dwar żvelar ta’ informazzjoni protetta, f’kooperazzjoni mal-kumitat tal-persunal tal-uffiċċju tagħha u mal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data. Hija ppubblikathom, u stiednet lill-partijiet interessati kollha jibagħtu r-reazzjonijiet tagħhom.

L-informaturi għandhom rwol ewlieni fl-iskoperta ta’ irregolaritajiet serji”, issostni l-Ombudsman Ewropew.

2.6 Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE

L-Ombudsman irċeviet għadd dejjem jikber ta’ lmenti fil-qasam tad-drittijiet taċ-ċittadini, b’mod speċjali d-dritt għall-parteċipazzjoni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE. Dawn jinkludu l-konsultazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni, u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI). Miljun ċittadin minn tal-anqas seba’ Stati Membri jistgħu jitolbu li l-Kummissjoni tibda leġiżlazzjoni tal-UE permezz tal-ECI. Barra minn hekk, it-Trattat ta’ Lisbona jirrikjedi li l-istituzzjonijiet iżommu “djalogu miftuħ u regolari mas-soċjetà ċivili”.

L-ECI bdiet topera fl-2012, u fl-2013 kienet ippreżentata lill-Kummissjoni l-ewwel inizjattiva magħrufa bħala Right2Water. L-inizjattiva pproponiet leġiżlazzjoni ġdida tal-UE biex titlob lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom ilma tax-xorb suffiċjenti u nadif u s-sanità.

Fl-2014, l-Ombudsman, stiednet l-organizzaturi tal-ECI, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u persuni interessati oħra tbiex jagħtu r-reazzjonijiet tagħhom dwar l-ECI. B’mod speċifiku, l-Ombudsman trid tkejjel l-effikaċja tas-softwer tal-Kummissjoni għal ġbir tal-firem elettronikament biex jiġi ddeterminat jekk humiex biżżejjed il-kuntatti bejn l-organizzaturi tal-ECI u l-awtoritajiet nazzjonali, u jekk il-proċess jikkunsidrax it-tħassib dwar il-privatezza. L-Ombudsman stiednet ukoll ideat dwar bidliet futuri possibbli għar-Regolament tal-ECI.

Inizjattiva kbira mill-Ombudsman Ewropew, bil-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar il-funzjonament tal-proċedura tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u r-rwol/responsabilità tal-Kummissjoni Ewropea.

Kliem b’saħħtu dwar il-futur tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej mill-Ombudsman Ewropew

F’Marzu, fit-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament, l-Ombudsman stiednet liċ-ċittadini għall-avveniment interattiv “Il-lista ta’ xewqat tiegħek għall-Ewropa”. Magħha ngħaqdu Martin Schulz, President tal-Parlament Ewropew, u José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea ta’ dak iż-żmien, biex jisimgħu u jidħlu fi djalogu maċ-ċittadini. Bħala gwardjan tal-UE eletta biex tiżgura amministrazzjoni tajba fl-Ewropa, l-Ombudsman trid tiżgura li l-Ewropa tissodisfa d-dikjarazzjoni tagħha li tqiegħed liċ-ċittadini fil-qalba tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Aktar minn 300 ruħ attendew għall-avveniment, li xxandar live bl-Internet. Il-mistoqsijiet u s-suġġerimenti li l-parteċipanti ppreżentaw lill-panil, direttament jew permezz ta’ tweeting, wasslu għal “lista ta’ xewqat għall-Ewropa”.

L-avveniment “Il-lista ta’ xewqat tiegħek għall-Ewropa” tal-2014 tal-Ombudsman Ewropew. http://europa.eu/!xH39YR

2.7 Proġetti u programmi ffinanzjati mill-UE

Kull sena, l-Ombudsman tirċievi numru kbir ta’ lmenti minn kumpaniji, NGOs, universitajiet, muniċipalitajiet, u entitajiet ġuridiċi oħrajn involuti fi proġetti u programmi ffinanzjati mill-UE. Dawn l-ilmenti jirrigwardaw prinċipalment ħlas tard, tilwimiet kuntrattwali, problemi b’sejħiet għall-offerti, u nuqqas ta’ trasparenza, l-aktar minħabba r-rifjut tal-istituzzjonijiet tal-UE li jagħtu aċċess għal dokumenti jew informazzjoni.

L-Ombudsman, pereżempju, ikkritikat lill-Bank Ewropew
tal-Investiment (BEI) talli approva l-esklużjoni ta’ kumpanija Taljana minn offerta pubblika għall-kostruzzjoni ta’ pont fuq ix-Xmara Sava fil-Bosnja-Ħerzegovina. Il-kostruzzjoni hija parti minn proġett ta’ awtostrada aktar kbira li tgħaqqad il-Kroazja mal-Bosnja-Ħerzegovina. Minkejja s-sottomissjoni tal-orħos offerta, il-promotur tal-proġett lokali eskluda l-kumpanija għal raġunijiet li l-offerta tagħha ma kinitx taqbel mal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta.

 

[Stqarrija għall-Istampa] L-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, ikkritikat lill- Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) talli approva l-esklużjoni ta’ kumpanija Taljana minn offerta pubblika għall-kostruzzjoni ta’ pont fuq ix-Xmara Sava fil-Bosnja-Ħerzegovina. Il-BEI, li qed jiffinanzja l-proġett, ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq żball legali u injora s-sejbiet tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tiegħu stess li l-esklużjoni tal-kumpanija kienet illegali.

Il-kumpanija kkontestat din id-deċiżjoni quddiem il-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-BEI, li qabel mal-argumenti tal-kumpanija, u rrakkomanda li l-BEI jirtira l-appoġġ tiegħu għall-proġett. Madankollu, l-amministrazzjoni tal-Bank injorat is-sejbiet tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tiegħu. L-Ombudsman sab li l-amministrazzjoni tal-BEI kienet ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dokumenti tal-offerta. Hija kkritikat il-bank għal din l-amministrazzjoni ħażina, u wissiet li l-każ jista’ jqajjem dubju dwar l-impenn tal-UE għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt fil-Bosnja-Ħerzegovina.

F’każ ieħor, kumpanija Taljana kisbet għotja ta’ EUR 4 miljun mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) għat-trasport taċ-ċeramika mill-Italja lejn Spanja, b’mod aktar ekoloġiku milli bit-triq. Madankollu, minħabba l-kriżi ekonomika globali u t-tnaqqis immedjat li rriżulta fis-suq tad-djar Spanjol, id-domanda għaċ-ċeramika Taljana naqset b’mod drastiku. Il-kumpanija talbet li l-proġett jiġi sospiż, u l-EACI aċċettat. Minħabba li l-kumpanija damet ma tissottometti l-aħħar talba għall-ħlas tagħha, l-Aġenzija għall-bidu rrifjutat li tħallas. Wara l-intervent tal-Ombudsman, li s-sejbiet tagħha enfasizzaw kif il-kriżi ekonomika kienet affettwat ħażin il-proġett tal-kwerelant, l-Aġenzija fl-aħħar ħallset EUR 2 miljun lill-kumpanija.

Matul is-sena, l-Ombudsman anke għenet fir-riżoluzzjoni ta’ tilwima bejn organizzazzjoni karitatevoli Brittanika u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA). L-organizzazzjoni tal-karità implimentat proġett li l-EACEA kkofinanzjat, fil-kuntest tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni. L-Aġenzija rrifjutat li tapprova r-rapport finali tal-proġett tal-organizzazzjoni tal-karità, fejn sostniet li r-riżultati ma kinux jikkorrispondu mal-proġett inizjali, u kompliet biex tirkupraw il-ħlasijiet ta’ prefinanzjament li jammontaw għal kważi EUR 74 000. L-organizzazzjoni tal-karità ilmentat mal-Ombudsman li kien illegali u inġust li l-EACEA tirkupra l-fondi. L-Ombudsman ikkonkludiet li l-irkupru kien tabilħaqq illegali minħabba li l-Aġenzija ma rrifjutatx il-proġett fil-ħin. Finalment, l-Aġenzija aċċettat il-proposti tal-Ombudsman u impenjat ruħha li tħallas lill-kwerelant madwar EUR 50 000, u imgħax għal ħlas tard.

B’mod regolari, l-Ombudsman tikkonsulta mal-komunità kummerċjali dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE. Konsultazzjoni bħal din, intitolata: “Lil hinn mill-kriżi? In-Negozju fl-Ewropa”, iddiskutiet x’qiegħed isir fil-livell tal-UE biex jiġu megħjuna intrapriżi żgħar, medji u ta’ daqs kbir. L-avveniment sar fi Frar fil-Parlament fi Brussell, u ġabar flimkien esperti ta’ livell għoli, u li attira b’kollox madwar 100 parteċipant. Il-fuljett L-Ombudsman Ewropew – Ta’ għajnuna għan-negozjanti, mogħti lill-parteċipanti, jippreżenta b’mod konċiż għażla ta’ każijiet sinifikanti li l-Ombudsman ittrattat, b’riżultati pożittivi.

L-avveniment “Lil hinn mill-kriżi? In-Negozju fl-Ewropa” tal-2014. http://europa.eu/!HT36tm

2.8 Il-politika dwar il-kompetizzjoni tal-UE

Fl-2014, l-Ombudsman indirizzat ukoll ilmenti minn kumpaniji u entitajiet ġuridiċi oħrajn li jikkonċernaw investigazzjonijiet dwar antitrust u każijiet oħrajn relatati mal-politika tal-kompetizzjoni tal-Kummissjoni.

Il-kumpanija Ġermaniża Infineon għamlet ilment bħal dan. Il-Kummissjoni kienet qed tinvestigaha fl-investigazzjoni dwar il-kartell taċ-“ċipep tas-smart cards”, flimkien ma’ Philips, Samsung, u Renesas, u eventwalment immultathom talli kienu membri tal-kartell. Il-Kummissjoni kellha kopja elettronika ta’ ittra elettronika interna ta’ kompetitur li hija allegat kienet prova kruċjali fil-każ Infineon. Il-kumpanija talbet biex tara d-dokument, peress li hija kellha dubju fl-awtentiċità tiegħu. Il-Kummissjoni ma rrilaxxatx l-ittra elettronika sa ftit aktar minn xahar qabel immultat il-kartell, meta fil-fatt hija kellha fil-pussess tagħha l-ittra elettronika għal sitt xhur. Infineon ilmentat mal-Ombudsman li minħabba dan id-dewmien kien baqgħalha biss ġimgħa biex twettaq il-ħidma kumplessa li tanalizza l-ittra elettronika għall-awtentiċità. L-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dewmien ma kkonvinċitx lill-Ombudsman, u hija kkritikat l-imġiba tal-Kummissjoni.

L-aċċess ta’ Infineon għall-ittra elettronika tar-rivali tagħha fl-investigazzjoni tal-kartell taċ-ċipep tas-smart cards: L-Ombudsman Ewropew tikkritika d-dewmien tal-Kummissjoni Ewropea.

Kapitolu 3 - Kemm ilmenti?

Ċittadini megħjuna mill-Ombudsman Ewropew fl-2014: 23072; 
Pariri mogħtija permezz tal-Gwida Interattiva fuq is-sit elettroniku tal-Ombudsman: 19170; 
Ilmenti rreġistrati fl-2014: 2079; 
Talbiet għal informazzjoni mwieġba mis-servizzi tal-Ombudsman: 1823; 
Investigazzjonijiet miftuħa mill-Ombudsman Ewropew fl-2014: 342; 
Investigazzjonijiet miftuħa fuq il-bażi tal-ilmenti: 325; 
Investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja miftuħa: 17; 
Investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2014: 400; 
Investigazzjonijiet ibbażati fuq l-ilmenti magħluqa: 387; 
Investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja magħluqa: 13.

Numru ta’ lmenti skont il-mandat tal-Ombudsman Ewropew 2003-2014: 
2003: 603; 
2004: 930; 
2005: 811; 
2006: 849; 
2007: 870; 
2008: 802; 
2009: 727; 
2010: 744; 
2011: 698; 
2012: 740; 
2013: 750; 
2014: 736.

Numru ta’ lmenti barra mill-mandat tal-Ombudsman Ewropew 2003-2014: 
2003: 1768; 
2004: 2729; 
2005: 2673; 
2006: 2768; 
2007: 2401; 
2008: 2544; 
2009: 2392; 
2010: 1983; 
2011: 1846; 
2012: 1720; 
2013: 1665; 
2014: 1427.

Sors ta’ lmenti f’investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2014; 
Kumpaniji, assoċjazzjonijiet, u entitajiet ġuridiċi oħrajn: 52 (13%); 
Ċittadini individwali: 335 (87%).

Oriġini nazzjonali tal-ilmenti rreġistrati u investigazzjonijiet miftuħa mill-Ombudsman Ewropew fl-2014; 
Il-Lussemburgu Numru ta’ lmenti: 20, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 7
Malta Numru ta’ lmenti: 11, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 2
Ċipru Numru ta’ lmenti: 16, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 2
Is-Slovenja Numru ta’ lmenti: 29, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 2
L-Irlanda Numru ta’ lmenti: 61, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 10
Il-Belġju Numru ta’ lmenti: 147, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 50
Il-Bulgarija Numru ta’ lmenti: 66, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 7
Il-Greċja Numru ta’ lmenti: 78, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 24
Il-Portugall Numru ta’ lmenti: 74, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 6
Il-Kroazja Numru ta’ lmenti: 28, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 4
Spanja Numru ta’ lmenti: 309, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 19
Il-Finlandja Numru ta’ lmenti: 33, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 5
Il-Latvja Numru ta’ lmenti: 12, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 0
Il-Polonja Numru ta’ lmenti: 208, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 7
L-Awstrija Numru ta’ lmenti: 40, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 12
Il-Litwanja Numru ta’ lmenti: 14, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 5
L-Ungerija Numru ta’ lmenti: 44, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 5
Ir-Repubblika Ċeka Numru ta’ lmenti: 36, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 1
Ir-Rumanija Numru ta’ lmenti: 65, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 7
Id-Danimarka Numru ta’ lmenti: 17, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 3
Is-Slovakkja Numru ta’ lmenti: 17, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 1
Il-Ġermanja Numru ta’ lmenti: 219, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 45
In-Netherlands Numru ta’ lmenti: 41, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 7
L-Isvezja Numru ta’ lmenti: 23, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 9
L-Italja Numru ta’ lmenti: 125, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 38
Ir-Renju Unit Numru ta’ lmenti: 127, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 24
L-Estonja Numru ta’ lmenti: 3, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 1
Franza Numru ta’ lmenti: 98, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 11
Pajjiżi oħrajn Numru ta’ lmenti: 103, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 7
Mhux magħrufa Numru ta’ lmenti: 15, Numru ta’ investigazzjonijiet miftuħa: 4

Kapitolu 4 - Kontra min?

L-investigazzjonijiet immexxija mill-Ombudsman Ewropew fl-2014 ikkonċernaw l-istituzzjonijiet li ġejjin; 
Kummissjoni Ewropea: 204 (59.6%); 
Aġenziji tal-UE: 47 (13.7%); 
Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal: 32 (9.4%); 
Oħrajn: 29 (8.5%); 
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna: 13 (3.8%); 
Parlament Ewropew: 12 (3.5%); 
Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi: 11 (3.2%).

Kapitolu 5 - Dwar xiex?

Suġġett tal-investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2014; 
Talbiet għal informazzjoni u aċċess għad-dokumenti (Trasparenza): 86 (21.5%); 
Il-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati: 77 (19.3%); 
Proċeduri ta’ kompetizzjoni u ta’ għażla (inklużi l-apprendisti): 77 (19.3%); 
Kwistjonijiet istituzzjonali u ta’ politika: 64 (16.0%); 
Amministrazzjoni u Regolamenti tal-Persunal: 45 (11.3%); 
Aġġudikazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti u għotjiet: 33 (8.3%); 
Eżekuzzjoni ta’ kuntratti: 24 (6.0%).

Kapitolu 6 - Ir-riżultati miksuba

Azzjoni meħuda mill-Ombudsman Ewropew dwar l-ilmenti li ġew riċevuti fl-2014; 
Parir mogħti jew każ ittrasferit1217 (56.3%); 
Tweġiba mibgħuta biex tgħarraf lill-kwerelant li ma setgħux jingħataw pariri ulterjuri 621 (28.7%); 
Investigazzjonijiet miftuħa 325 (15.0%).

Riżultati tal-investigazzjonijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2014; 
Solvuti mill-istituzzjoni jew inkella ntlaħqet soluzzjoni bonarja: 133 (33.3%); 
Ma kienx hemm ġustifikazzjoni għal aktar investigazzjonijiet: 163 (40.8%); 
Ma nstabet l-ebda amministrazzjoni ħażina: 76 (19.0%); 
Tinstab amministrazzjoni ħażina: 39 (9.8%); 
Tinstab amministrazzjoni ħażina: 13 (3.3%).

Investigazzjonijiet fejn instabet amministrazzjoni ħażina mill-Ombudsman Ewropew fl-2014; 
Rimarki kritiċi indirizzati lill-istituzzjoni: 27 (69.2%); 
Abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet aċċettati b’mod sħiħ jew parzjali mill-istituzzjoni: 12 (30.8%); 
Rapport speċjali: 0 (0%).

Evoluzzjoni fin-numru ta’ investigazzjonijiet mill-Ombudsman Ewropew: 
2003 - Investigazzjonijiet miftuħa: 253, Investigazzjonijiet magħluqa: 180; 
2004 - Investigazzjonijiet miftuħa: 351, Investigazzjonijiet magħluqa: 251; 
2005 - Investigazzjonijiet miftuħa: 343, Investigazzjonijiet magħluqa: 312; 
2006 - Investigazzjonijiet miftuħa: 267, Investigazzjonijiet magħluqa: 250; 
2007 - Investigazzjonijiet miftuħa: 309, Investigazzjonijiet magħluqa: 351; 
2008 - Investigazzjonijiet miftuħa: 296, Investigazzjonijiet magħluqa: 355; 
2009 - Investigazzjonijiet miftuħa: 339, Investigazzjonijiet magħluqa: 318; 
2010 - Investigazzjonijiet miftuħa: 335, Investigazzjonijiet magħluqa: 326; 
2011 - Investigazzjonijiet miftuħa: 396, Investigazzjonijiet magħluqa: 318; 
2012 - Investigazzjonijiet miftuħa: 465, Investigazzjonijiet magħluqa: 390; 
2013 - Investigazzjonijiet miftuħa: 350, Investigazzjonijiet magħluqa: 461; 
2014 - Investigazzjonijiet miftuħa: 342, Investigazzjonijiet magħluqa: 400.

Tul tal-investigazzjoni tal-każijiet magħluqa mill-Ombudsman Ewropew fl-2014: 
Każijiet magħluqa fi żmien 3 xhur: 36%; 
Każijiet magħluqa fi żmien 3 sa 12-il xahar: 28%; 
Każijiet magħluqa fi żmien 12 sa 18-il xahar: 10%; 
Każijiet magħluqa wara aktar minn 18-il xahar: 27%; 
Medja fuq 11-il xahar.

Kapitolu 7 - Kif nittrattaw il-każijiet

Kemm it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jipprovdu għad-dritt li wieħed jilmenta mal-Ombudsman Ewropew. It-TFUE jagħti s-setgħa lill-Ombudsman li tirċievi lmenti minn kull ċittadin tal-Unjoni, jew kull persuna naturali jew ġuridika residenti jew li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni.

L-Ombudsman tiżgura li s-servizz ta’ lment mingħajr ħlas ikun ġust, trasparenti, u sempliċi kemm jista’ jkun. Kwerelanti jistgħu jressqu l-ilment tagħhom lill-Ombudsman bi kwalunkwe mezz ta’ korrispondenza bil-miktub, inkluż permezz ta’ formola ta’ lment sigura fuq is-sit elettroniku tal-Ombudsman. L-Ombudsman tfittex li tipprovdi malajr l-ewwel tweġiba billi fi żmien erba’ ġimgħat tinforma lill-kwerelanti dwar dak li se tagħmel bl-ilment tagħhom.

L-Ombudsman teżamina kull ilment fuq il-merti tagħha stess. Dan jinkludi l-ilmenti li kellha tirrifjuta għax jaqgħu barra mill-mandat tagħha. Meta jiġri dan, il-kwerelanti jirċievu tweġiba individwalizzata, li f’ħafna każijiet tkun tinkludi parir dwar korpi oħrajn li jistgħu jkunu ta’ għajnuna lill-kwerelant. L-Ombudsman tista’ tiddeċiedi wkoll li tittrasferixxi l-ilmenti lil korpi oħrajn bħal dawn.

Ilmenti li jaqgħu taħt il-mandat tal-Ombudsman huma ttrattati l-ewwel nett mill-persunal legali speċjalizzat tagħha. Kull kwerelant jiġi assenjat persuna speċifika li tiġġestixxi l-każ bħala persuna ta’ kuntatt.

Kull meta tikkonkludi li lment ġdid ma jissodisfax il-kriterji ta’ ammissibbiltà, jew li m’hemmx biżżejjed raġunijiet biex jinfetaħ ilment ammissibbli ieħor, l-Ombudsman tispjega d-deċiżjoni tagħha u tipprovdi parir kull meta jkun possibbli u xieraq.

Meta l-Ombudsman tkun tal-fehma li għandha tinfetaħ investigazzjoni, hija teżamina bir-reqqa l-ilmenti tal-kwerelant, sabiex tiddetermina jekk dawn jistgħux jiġu solvuti permezz ta’ proċedura simplifikata, bħal pereżempju investigazzjoni bit-telefon. Hija tista’ wkoll tiddeċiedi li tiftaħ investigazzjoni ta’ spezzjoni għal spezzjoni ta’ malajr tal-fajls u konklużjoni simili fil-pront fuq il-merti tal-każ.

Investigazzjonijiet fuq skala sħiħa huma neċessarji meta l-ilment huwa kumpless, jew meta jeħtieġ b’mod ċar il-kontribut ta’ servizzi speċjalizzati varji tal-istituzzjoni kkonċernata.

Bosta għażliet huma disponibbli għall-Ombudsman, jekk issib li l-kwerelant għandu raġun. Hija tista’ tipproponi soluzzjoni bonarja li tkun tissodisfa lill-kwerelant, jew toħroġ abbozz ta’ rakkomandazzjoni li fih titlob lill-istituzzjoni biex tikkoreġi l-amministrazzjoni ħażina. Jekk ma jkunx possibbli li tinstab soluzzjoni, l-Ombudsman tista’ tiddeċiedi li toħroġ rimarki kritiċi. L-Ombudsman għandha wkoll is-setgħa li tiftaħ investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja. Bl-użu ta’ din is-setgħa, l-Ombudsman tista’ tinvestiga dawk li jidhru bħala problemi sistemiċi fl-istituzzjonijiet tal-UE. Barra minn hekk, l-Ombudsman tista’ tuża din is-setgħa biex tinvestiga każ possibbli ta’ amministrazzjoni ħażina li persuni barra mill-Unjoni Ewropea jressqu għall-attenzjoni tagħha. Kull sena, l-Ombudsman Ewropew tirċievi eluf ta’ lmenti minn ċittadini, NGOs, negozji, u organizzazzjonijiet oħrajn. Il-persunal tal-Ombudsman jiżgura li kull ilment jiġi ttrattat malajr, b’mod diliġenti, u b’mod li joffri servizz tajjeb.

Kapitolu 8 - Konformità mal-proposti tal-Ombudsman

Kull sena, l-Ombudsman jippubblika rendikont komprensiv ta’ kif l-istituzzjonijiet tal-UE jirrispondu għall-proposti tal-Ombudsman biex titjieb l-amministrazzjoni tal-UE. Dawn il-proposti huma fil-forma ta’ soluzzjonijiet bonarji, abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet, rimarki ulterjuri, rimarki kritiċi, u suġġerimenti.

Konformità mal-proposti tal-Ombudsman Ewropew fl-2013; 
80% konformità; 
20% nonkonformità.

Sal-lum, l-istituzzjonijiet kienu konformi ma’ 80 % tal-proposti tal-Ombudsman. F’erba’ każijiet minn kull ħamsa, l-istituzzjonijiet isegwu dak li l-Ombudsman titlobhom jagħmlu. Ir-rapport Putting it Right? – How the EU institutions responded to the Ombudsman in 2013 jikkonferma din ix-xejra. Kif juri r-rapport, ir-rata ta’ konformità tista’ tvarja b’mod sinifikanti minn istituzzjoni għal oħra – minn 100 % f’xi każijiet, għal 25 % fl-agħar każ. Il-Kummissjoni, minħabba d-daqs tagħha fl-amministrazzjoni tal-UE, għandha l-ogħla proporzjon ta’ investigazzjonijiet magħmula mill-Ombudsman. Fl-2013, ir-rata ta’ konformità tagħha niżlet għal 73 %, minn 84 % fl-2012.

Ir-rapport juri li l-istituzzjonijiet għamlu xi titjib reali fl-oqsma li jvarjaw mill-etika għall-ambjent, u minn sejħiet għal offerti għat-trasparenza, għall-benefiċċju taċ-ċittadini. L-Ombudsman hija determinata li tiżgura, b’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, li r-rata ta’ konformità tiżdied dejjem aktar.

Ir-rapport għall-2014 se jkun disponibbli fil-ħarifa tal-2015.

Kapitolu 9 - Relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet tal-UE

9.1 Parlament Ewropew

Emily O’Reilly ippreżentat ir-Rapport Annwali tagħha għall-2013 lil Martin Schulz fil-15 ta’ Settembru 2014.

L-Ombudsman Ewropew tagħti importanza kbira lir-relazzjonijiet mal-Parlament Ewropew. Matul l-2014, l-Ombudsman iltaqgħet ma’ aktar minn 50 MPE mill-gruppi ewlenin kollha fuq bażi individwali dwar kwistjonijiet varji ta’ interess reċiproku. Barra minn hekk, hija ltaqgħet ma’ diversi delegazzjonijiet politiċi u nazzjonali, bħal pereżempju mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Hija dehret quddiem il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, is-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet.

9.2 Kumitat għall-Petizzjonijiet

L-Ombudsman għandha relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, biex tgħin lill-UE tirreaġixxi bl-aħjar mod possibbli għat-tħassib taċ-ċittadini u r-residenti. Filwaqt li l-Ombudsman tindirizza lmenti kontra l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jindirizza petizzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-oqsma tal-attività tal-UE fl-Ewropa. Fl-2014, l-Ombudsman ħadmet mal-President il-ġdid, Cecilia Wikström, MPE, u l-gruppi politiċi kollha, biex jgħinu lill-UE taħdem aktar b’mod li toffri servizz tajjeb u aċċessibbli għaċ-ċittadini u r-residenti Ewropej ordinarji.

It-trasparenza, l-effiċjenza, il-leġittimità tal-istituzzjonijiet tal-UE: “Is-saħħa tal-Ombudsman Ewropew tiddependi mir-relazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet.”

9.3 Kummissjoni Ewropea

Ir-relazzjoni tal-Ombudsman mal-Kummissjoni Ewropea hija ta’ importanza, minħabba d-daqs tagħha fl-amministrazzjoni
tal-UE u minħabba li hija s-suġġett tal-akbar numru ta’ lmenti. Hija faħħret il-Kummissjoni l-ġdida għall-isforzi tagħha biex ittejjeb it-trasparenza tal-ħidma tagħha, b’mod speċjali fil-kuntest tat-trasparenza fil-lobbying. Il-bini tar-relazzjonijiet hija waħda mill-prijoritajiet tal-Ombudsman fil-livelli kollha tal-Kummissjoni. Matul l-2014, l-Ombudsman iltaqgħet ma’ diversi Diretturi u Kapijiet ta’ Unità rilevanti tal-Kummissjoni. Il-laqgħat regolari ta’ kull xahar fil-livell tad-diretturi komplew ukoll matul is-sena. L-Ombudsman tistenna bil-ħerqa laqgħat mal-President il-ġdid
tal-Kummissjoni fil-bidu tal-2015.

9.4 Istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-UE

Kulturi istituzzjonali u amministrattivi jistgħu jvarjaw fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji differenti tal-UE, u huwa importanti li jiġu żviluppati u miżmuma relazzjonijiet ta’ ħidma sodi bejnhom u bejn l-Ombudsman. Fl-2014, l-Ombudsman iltaqgħet mal-Uffiċjal Kap tal-Operat tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u l-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, fost oħrajn. L-Ombudsman tuża dawn il-laqgħat biex tavvanza l-objettivi strateġiċi tagħha għaż-żieda tar-rilevanza, l-impatt u l-viżibbiltà, u wkoll biex ikun żgurat li d-diversi istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE jilħqu l-istandard tad-deheb ta’ amministrazzjoni pubblika.

9.5 Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà

L-Ombudsman tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, permezz tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà. Il-qafas tal-UE tal-Konvenzjoni daħal fis-seħħ f’Jannar 2011. L-Ombudsman tipproteġi, tippromwovi, u tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fil-livell tal-istituzzjonijiet tal-UE, flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, u l-Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà. Fl-2014, il-qafas tal-UE ltaqa’ darba u organizza laqgħa ma’ korpi ta’ monitoraġġ mill-Istati Membri. Minn Marzu, uffiċjal nazzjonali ssekondat kien qed jagħti appoġġ u jsaħħaħ it-tim tal-Ombudsman fi kwistjonijiet ta’ diżabbiltà.

L-istituzzjonijiet tal-UE huma meħtieġa jiżguraw li: is-servizzi tagħhom ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà; persuni b’diżabbiltà jkollhom aċċess għal informazzjoni minn, u mezzi ta’ komunikazzjoni ma’, l-istituzzjonijiet; l-ambjent tax-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-UE jkun miftuħ, inklużiv, u aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà; u li l-persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod effettiv u sħiħ fil-ħajja politika u pubblika.

Fl-2014, l-Ombudsman indirizzat ilment li l-portal tal-web
tal-Europass CV mhuwiex aċċessibbli għal persuni neqsin mid-dawl. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali jħaddem il-portal u issa stabbilixxa pjan ta’ azzjoni biex itejjeb l-aċċessibbiltà tal-portal. L-Ombudsman laqgħet l-inizjattiva, u se tkompli tissorvelja l-kwistjoni. Hija bagħtet lill-kwerelant verżjoni awdjo tad-deċiżjoni tagħha, u ppubblikatha fuq is-sit elettroniku tagħha.

Biex tiżgura li persuni neqsin mid-dawl u oħrajn jistgħu jaċċessaw id-dokumenti fuq is-sit elettroniku tagħha stess, l-Ombudsman żviluppat reġistru pubbliku ta’ dokumenti fl-2014. Hija enfasizzat ukoll il-komunikazzjoni b’lingwaġġ sempliċi, u li d-deċiżjonijiet ikunu disponibbli b’tipa kbira jew verżjonijiet awdjo.

Kapitolu 10 - Relazzjonijiet ma’ netwerks

Ilmenti ttrasferiti lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn; Il-kwerelanti li ngħataw parir mill-Ombudsman Ewropew sabiex jikkuntattjaw lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn fl-2014; 
Membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen: 59.3%; 
li minnhom::
Ombudsman nazzjonali jew reġjonali jew korp simili: 636; 
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew: 86.

Ilmenti ttrasferiti lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn; Il-kwerelanti
li ngħataw parir mill-Ombudsman Ewropew sabiex jikkuntattjaw
lil istituzzjonijiet u korpi oħrajn fl-2014

L-Ombudsman Ewropew tikkoopera mill-qrib ma’ netwerks varji biex jiġi żgurat li l-ilmenti taċ-ċittadini dwar il-liġi tal-UE huma ttrattati malajr u b’mod effettiv.

Ħafna kwerelanti jikkuntattjaw lill-Ombudsman meta jkollhom problemi ma’ amministrazzjoni nazzjonali, reġjonali, jew lokali. Dawn l-ilmenti jaqgħu barra mill-mandat tal-Ombudsman, u spiss jikkonċernaw allegat ksur tal-liġi tal-UE minn Stati Membri. Ombudsmen nazzjonali jew reġjonali fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen huma fl-aħjar pożizzjoni biex jittrattaw ħafna każijiet simili. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa wkoll membru sħiħ tan-Netwerk. Wieħed mill-għanijiet tan-Netwerk huwa li jiffaċilita t-trasferiment rapidu tal-ilmenti lill-membru kompetenti tan-Netwerk, kemm jekk ikun ombudsman nazzjonali kif ukoll reġjonali, korp simili, jew il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Il-Gwida Interattiva tal-Ombudsman Ewropew tgħin lil 20 000 ċittadin fis-sena jsibu l-korp xieraq li jistgħu jikkuntattjaw għas-soluzzjoni tal-problemi.

In-Netwerk issa jinkludi kważi 100 uffiċċju f’36 pajjiż Ewropew. Dan jinkludi l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u korpi simili tal-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-UE, u pajjiżi oħrajn fiż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ombudsman Ewropew u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

In-Netwerk iservi bħala mekkaniżmu utli għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-liġi tal-UE u l-aħjar prattika permezz ta’ seminars, bullettin biannwali (issa elettronikament kull tliet xhur), u forum tal-Extranet għad-diskussjoni u l-iskambju tad-dokumenti.

Id-diskussjonijiet fl-2014 kienu prinċipalment iffokati fuq ir-rwol tal-ombudsman fl-investigazzjoni ta’ lmenti minn persunal militari; kawżi miġjuba kontra l-istituzzjonijiet tal-ombudsman miċ-ċittadini, fil-każ li ma kinux sodisfatti bir-rispons ta’ dawk l-istituzzjonijiet għall-ilmenti tagħhom; u l-edukazzjoni bilingwi għat-tfal minn minoranzi nazzjonali.

Grazzi lill-Ombudsman Ewropew għal Seminar ta’ Kollegament meraviljuż għan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen. Kienet ħaġa sabiħa li ħadt sehem u rrappreżentajt lill-Ombudsman Parlamentari u għas-Servizz tas-Saħħa.

In-Netwerk organizza żewġ seminars matul is-sena. F’Ġunju, l-Ombudsman Ewropew u l-Ombudsman tas-Servizzi Pubbliċi għal Wales (ir-Renju Unit) organizzaw b’mod konġunt id-Disa’ Seminar Reġjonali tan-Netwerk. Dan sar f’Cardiff u ddiskuta: “L-ombudsmen u l-kumitati għall-petizzjonijiet: ilħna għal min m’għandux leħen”. L-oqsma ewlenin eżaminati kienu: il-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni aktar żgħar; popolazzjoni li qed tikber fl-età; persuni b’diżabilità; u d-dritt għal kura tas-saħħa u soċjali ta’ kwalità għolja. Xahrejn qabel, l-Ombudsman Ewropew organizzat id-Disa’ Seminar ta’ Kollegament tan-Netwerk fi Strasburgu. Dan eżamina modi kif jistgħu jitjiebu s-servizzi li l-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew jipprovdi lin-Netwerk; kif jistgħu jiżdiedu l-viżibbiltà, l-impatt, u r-rilevanza tan-Netwerk; ir-rwol tal-midja soċjali biex tiżdied il-viżibbiltà tan-Netwerk; u r-rwol tal-ombudsmen bħala gwardjani tat-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni.

Problemi mal-UE? Min jista’ jgħinek?

F’xi każijiet, l-Ombudsman tista’ tqis li huwa xieraq li tittrasferixxi lment lill-Kummissjoni Ewropea, lil SOLVIT, jew lil Pariri tal-Ewropa Tiegħek. SOLVIT huwa netwerk imwaqqaf mill-Kummissjoni biex jgħin lin-nies li jħabbtu wiċċhom mal-ostakoli meta jkunu qegħdin jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fis-suq intern tal-Unjoni. Pariri tal-Ewropa Tiegħek huwa netwerk ieħor mifrux fl-UE kollha li waqqfet il-Kummissjoni sabiex jagħti parir liċ-ċittadini dwar ħajjithom, xogħolhom u l-ivvjaġġar tagħhom fl-UE. Qabel ma jittrasferixxu lment jew jagħtu xi parir lill-kwerelant, is-servizzi tal-Ombudsman jagħmlu kull sforz sabiex jiddeterminaw liema uffiċċju ieħor jista’ jgħin bl-aħjar mod lill-kwerelant.

Il-pubblikazzjoni tal-Ombudsman Problemi mal-UE? Min jista’ jgħinek? fiha aktar informazzjoni dwar mezzi alternattivi ta’ rimedju.

Kapitolu 11 - Riżorsi

11.1 Il-baġit

Il-baġit tal-Ombudsman huwa taqsima indipendenti tal-baġit tal-UE. Huwa maqsum fi tliet titoli. It-Titolu 1 jinkludi salarji, benefiċċji, u nfiq ieħor relatat mal-persunal. It-Titolu 2 ikopri bini, għamara, tagħmir, u nfiq operattiv mixxellanju. It-Titolu 3 jinkludi l-infiq li jirriżulta mill-funzjonijiet ġenerali mwettqa mill-istituzzjoni. Fl-2014, l-approprjazzjonijiet tal-baġit kienu jammontaw għal EUR 9 857 002.

Bl-għan li jiżgura l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi, l-awditur intern tal-Ombudsman, Robert Galvin, iwettaq verifiki regolari tas-sistemi ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni u tal-operazzjonijiet finanzjarji mwettqa mill-uffiċċju. Kif inhu l-każ ta’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri twettaq ukoll verifiki tal-istituzzjoni tal-ombudsman.

11.2 Użu tar-riżorsi

Kull sena, l-Ombudsman jadotta Pjan ta’ Ġestjoni Annwali (AMP), li jidentifika azzjonijiet konkreti li l-uffiċċju jeħtieġ li jieħu sabiex jimplimenta l-objettivi u l-prijoritajiet tal-istituzzjoni. L-AMP għall-2014 kien l-aħħar wieħed li kien ibbażat fuq l-Istrateġija għall-Mandat 2009-2014. tal-Ombudsman.

11.3 It-tim wara l-Ombudsman

It-tim tal-Ombudsman Ewropew.

L-istituzzjoni għandha persunal multilingwi u bi kwalifiki għolja. Dan jiżgura li hija tkun tista’ tindirizza lmenti dwar amministrazzjoni ħażina fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE u biex tqajjem sensibilizzazzjoni lejn il-ħidma tal-Ombudsman. Fl-2014, it-tabella tal-persunal tal-Ombudsman Ewropew kien fiha 67 kariga.

Lista sħiħa u aġġornata regolarment tal-persunal, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-istruttura tal-uffiċċju tal-Ombudsman u l-kompiti ta’ kull taqsima, hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ombudsman (www.ombudsman.europa.eu) fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Iltaqa’ mat-tim tal-Ombudsman Ewropew. http://europa.eu/!cg73mv

Kif tikkuntattja lill-Ombudsman Ewropew

Bil-posta

Ombudsman Ewropew

1 avenue du Président Robert Schuman

CS 30403

F - 67001 Strasbourg Cedex

Bit-telefon

+33 (0)3 88 17 23 13

Bil-faks

+33 (0)3 88 17 90 62

B’ittra elettronika

eo@ombudsman.europa.eu

Online

Żur

Jekk tixtieq iżżur l-uffiċċji tal-Ombudsman Ewropew fi Brussell
jew fi Strasburgu, jekk jogħġbok ikkuntattjana bil-quddiem.