You have a complaint against an EU institution or body?

Ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-COVID-19

Ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-COVID-19 – Eżempji ta’ azzjonijiet meħuda mill-UE

L-Istati Membri jindirizzaw il-kriżi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE. Fil-livell tal-UE, il-ministri nazzjonali fil-Kunsill jiddeċiedu flimkien mal-MEPs fil-Parlament dwar miżuri komuni. Dawn jinkludu l-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-UE biex jissaħħu s-sistemi tal-kura tas-saħħa.

Il-KUMMISSJONI EWROPEA

Tikkoordina r-rispons komuni tal-UE u tappoġġa l-politiki nazzjonali.

Eżempji:

  • Akkwist ta’ tagħmir mediku
  • Flessibbiltà tal-baġit tal-UE
  • Ripatrijazzjoni taċ-ċittadini
  • Appoġġ għar-riċerka

ĊENTRU EWROPEW GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-MARD

Jimmonitorja t-tixrid tal-COVID-19 u jagħti pariri lill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea.

AĠENZIJA EWROPEA GĦAS-SUSTANZI KIMIĊI

Tappoġġa lill-Istati Membri u lill-industrija fl-indirizzar tan-nuqqas ta’ disinfettanti.

AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI

Tivverifika li l-vaċċini u t-trattamenti huma sikuri u effettivi, u tagħti gwida lill-industrija dwar kif għandha tittestja.

EUROPOL

Jimmonitorja u jwissi dwar il-kriminalità ġdida li tisfrutta l-kriżi tal-COVID-19.

BANK ĊENTRALI EWROPEW

Miżuri ta’ politika monetarja biex tiġi appoġġata l-ekonomija taż-Żona tal-euro.

BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Appoġġ finanzjarju għall-SMEs.