You have a complaint against an EU institution or body?

L-Ombudsman Ewropew u inti - Kif taħdem

MIN jista' jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew?

Ċittadini, NGOs, assoċjazzjonijiet, negozji, universitajiet, ġurnalisti....
  • B'ilmenti li jikkonċernaw istituzzjoni, uffiċċju jew aġenzija tal-UE
  • Min diġà pprova jsolvi l-problema mal-korp tal-UE kkonċernat
  • Meta l-kwistjoni ma tkunx ilha aktar minn sentejn
  • Fejn ma tkun għaddejja l-ebda azzjoni legali oħra

L-Ombudsman jista' jgħin FI

  • Trattament mhux ġust minn korpi tal-UE
  • Problemi b'sejħiet għal offerti/kuntratti tal-UE
  • Pagamenti tardivi minn fondi tal-UE
  • Aċċess pubbliku għal dokumenti
  • Dewmien f'negozjar ma' korpi tal-UE
  • Illobbjar mhux żvelat jew mhux xieraq

X’JISTA' jagħmel l-Ombudsman?

  • Isegwi l-ilment tiegħek mal-korp tal-UE
  • Jgħin biex tinstab soluzzjoni ġusta għall-problema tiegħek
  • Joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-korpi tal-UE
  • Jispezzjona dokumenti tal-UE

KIF tikkuntattja lill-Ombudsman?

  • Tista' tikkuntattja lill-Ombudsman fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE
  • Imla l-formala faċli dwar l-ilmenti online.