You have a complaint against an EU institution or body?

Politika tal-Moderazzjoni: Linji gwida għall-immaniġjar tal-komunità online

L-uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew juża l-midja soċjali sabiex jikkomunika u jżid l-għarfien dwar ix-xogħol tiegħu, kif ukoll jisma’, jinvolvi ruħu u jikseb rispons mill-pubbliku b’mod aħjar. Aħna għandna preżenza uffiċjali fil-pjattaformi online li ġejjin: Twitter, LindedIn, Google+, YouTube, Instagram u Medium. Dawn il-kontijiet huma mmaniġġjati minn membri mandati tat-tim tal-Komunikazzjoni tal-Ombudsman.

Aħna nilqgħu l-opportunità li nisimgħu mingħand udjenzi differenti permezz tat-tismijiet, tweġibiet, messaġġi diretti u kummenti u aħna nagħmlu ħilitna biex nipprovdu informazzjoni fil-ħin u b'mod effiċjenti. Kemm jista' jkun possibbli, il-monitaraġġ u l-immaniġġjar tal-kontijiet tal-midja soċjali kollha jsiru kuljum, imma mhux fuq bażi ta’ 24 siegħa. Aħna nippubblikaw risposti li jkopru l-ikbar firxa possibbli ta’ mistoqsijiet jekk ma nkunux kapaċi nwieġbu għat-talbiet individwali kollha.

Aħna nirriservaw id-dritt li ma nirrispondux u/jew inħassru t-tismijiet, re-tweets, kummenti jew messaġġi li:

  • japprovaw il-vjolenza jew imġiba illegali jew li huma ta’ theddida
  • jinkludu kontenut abbużiv, offensiv, libelluż, illegali, diffamatorju, diskriminatorju, razzist
  • isemmgħu prodotti jew ikollhom ton promozzjonali u/jew kummerċjali
  • huma spam, ripetittivi b’mod eċċessiv jew li jfixklu l-komunità jew li mhumiex rilevanti għas-suġġetti diskussi
  • jiksru t-Termini u Kundizzjonijiet tal-Użu ta’ Twitter, LinkedIn, Google, YouTube, Instagram u Medium
  • jiksru d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali;
  • jinkludu informazzjoni sensittiva, propjetarja jew kunfidenzjali

Il-kontijiet li nsegwu mhumiex indikazzjoni tal-approvazzjoni tagħna ta’ dawn il-kontijiet jew tal-kontenut li jaqsmu. Aħna nużaw numru ta’ hashtags (#) eżistenti jew ġodda sabiex ningħaqdu ma’ konverżazzjonijiet fi gruppi u biex inkunu nistgħu nipparteċipaw f’dibattiti relevanti imma ma nistgħux nassumu responsabbiltà għal kwalunkwe kontenut taħt dawn il-hashtags li ma jkunx ġie żviluppat minna. Aħna ninkoraġġixxu lis-segwaċi tagħna biex jinteraġixxu ma’ xulxin u jikkontribwixxu għad-dibattiti li jkunu għaddejjin u biex jagħmlu dan b’mod rispettuż u kostruttiv, iżda ma nistgħux nassumu responsabbiltà għall-kummenti u għall-imġiba tagħhom.

Il-lingwa prinċipali tagħna għall-pubblikazzjoni tal-kontenut hija l-Ingliż. Madanakollu, aħna nwieġbu għal mistoqsijiet bi kwalunkwe mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.

Jekk għandek xi mistoqsijiet jew kummenti rigward dawn il-linji gwida, nitolbuk li tħossok liberu/a li tikkuntattjana: eo-socialmedia@ombudsman.europa.eu