You have a complaint against an EU institution or body?

Ir-rispons tal-UE għat-tifqigħa tal-COVID-19

EU response to COVID-19 - infographic with EU institutions
Niżżel din il-pubblikazzjoni b`format PNG

Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal sensiela ta’ miżuri fil-livell nazzjonali u tal-UE.

Filwaqt li l-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ tagħmir għall-isptarijiet, l-għeluq tal-iskejjel jew l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet, l-UE qablet fuq diversi miżuri ta’ appoġġ biex tgħin lill-gvernijiet nazzjonali jiġġieldu kontra l-virus.

Il-veloċità tad-deċiżjonijiet u l-għadd kbir ta’ korpi tal-UE involuti f’dan l-isforz ifisser li mhux dejjem ikun ċar min hu responsabbli għal xiex. Dan iwassal għal konfużjoni u inċertezza min-naħa tal-pubbliku.

Huwa l-kompitu tal-Ombudsman Ewropew li tissorvelja t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-UE iżda wkoll li tgħin lin-nies jifhmu min jieħu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE u kif.

Din hija ħarsa ġenerali ta’ wħud mill-azzjonijiet.

STATI MEMBRI

L-Istati Membri jindirizzaw il-kriżi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE. Fil-livell tal-UE, il-ministri nazzjonali fil-Kunsill jiddeċiedu flimkien mal-MEPs fil-Parlament dwar miżuri komuni. Dawn jinkludu l-mobilizzazzjoni tal-fondi tal-UE biex jissaħħu s-sistemi tal-kura tas-saħħa.

L-aħħar aġġornamenti mill-Kunsill: https://www.consilium.europa.eu/mt/topics/covid-19/

Ir-rispons tal-UE għall-coronavirus fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew: https://europarl.europa.eu/news/mt/headlines/priorities/ir-rispons-tal-ue-ghall-coronavirus

Il-KUMMISSJONI EWROPEA

Tikkoordina r-rispons komuni tal-UE u tappoġġa l-politiki nazzjonali.

Eżempji:

  • Akkwist ta’ tagħmir mediku
  • Flessibbiltà tal-baġit tal-UE
  • Ripatrijazzjoni taċ-ċittadini
  • Appoġġ għar-riċerka

https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/health/coronavirus-response_mt

ĊENTRU EWROPEW GĦALL-PREVENZJONI U L-KONTROLL TAL-MARD (ECDC)

Jimmonitorja t-tixrid tal-COVID-19 u jagħti pariri lill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea.

https://europa.eu/!Bg49tT

AĠENZIJA EWROPEA GĦAS-SUSTANZI KIMIĊI (ECHA)

Tappoġġa lill-Istati Membri u lill-industrija fl-indirizzar tan-nuqqas ta’ disinfettanti.

https://echa.europa.eu/mt/covid-19

AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-MEDIĊINI (EMA)

Tivverifika li l-vaċċini u t-trattamenti huma sikuri u effettivi, u tagħti gwida lill-industrija dwar kif għandha tittestja.

https://europa.eu/!Vv97qH

EUROPOL

Jimmonitorja u jwissi dwar il-kriminalità ġdida li tisfrutta l-kriżi tal-COVID-19.

https://europa.eu/!Mu74th

BANK ĊENTRALI EWROPEW (BĊE)

Miżuri ta’ politika monetarja biex tiġi appoġġata l-ekonomija taż-Żona tal-euro.

https://europa.eu/!Rr46Bm

BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT (BEI)

Appoġġ finanzjarju għall-SMEs.

https://www.eib.org/en/about/initiatives/covid-19-response/