You have a complaint against an EU institution or body?

Kummenti tal-Kummissjoni fuq talba min-naħa ta’ l-Ombudsman Ewropew għal informazzjoni komplementari - Inkjesta fuq inizjattiva personali, ref. OI/3/2003/JMA

06-03-2006

I. L-Isfond

Fid-19 ta' Novembru 2003, l-Ombudsman Ewropew iddeċieda li jiftaħ inkjesta fuq inizjattiva personali fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tiżgura li ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabilità fir-relazzjonijiet tagħhom ma' l-Istituzzjoni.

L-Ombudsman talab lill-Kummissjoni biex, b'mod partikolari, tagħmel rapport dwar (a) l-azzjonijiet li kienet ħadet jew li kienet beħsiebha tieħu sabiex tiżgura li ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabilità fir-relazzjonijiet tagħhom ma' l-Istituzzjoni kif ukoll dwar (b) iż-żmien previst għall-adozzjoni tagħhom.

Bħala parti mill-politika ta' konsultazzjoni wiesgħa ta' l-Ombudsman dwar dan is-suġġett, fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Ombudsman ġew ippubblikati d-dokumenti kollha rilevanti għal din l-inkjesta. L-Ombudsmen nazzjonali ġew ukoll infurmati u kkonsultati dwar din l-inizjattiva.

Il-Kummissjoni bagħtet l-opinjoni tagħha lill-Ombudsman fit-3 ta' Marzu 2004. Din l-opinjoni kienet ukoll ippreżentata fuq is-sit ta' l-internet ta' l-Ombudsman.

II. It-talba għal iktar informazzjoni

Din it-talba għal iktar informazzjoni hija s-segwitu min-naħa ta' l-Ombudsman għall-inkjesta fuq inizjattiva personali msemmija hawn fuq. Hija tikkunsidra t-tħassib ta' l-Ombudsmen nazzjonali fl-Istati Membri, ta' l-organizzazzjonijiet pubbliċi u mhux governattivi li wieġbu għall-konsultazzjoni u/jew li rreaġixxew għat-tweġiba tal-Kummissjoni.

Minn dawn it-tweġibiet, l-Ombudsman qiegħed issa jitlob lill-Kummissjoni għal iktar informazzjoni dwar xi aspetti tar-relazzjonijiet bejn il-persuni b'diżabilità u l-Istituzzjoni, kemm jekk bħala kandidati għal kompetizzjonijiet ta' reklutaġġ, bħala impjegati, bħala dipendenti ta' impjegati jew bħala membri tal-pubbliku li jeħtieġu informazzjoni. L-investigazzjonijiet ulterjuri jkopru dawn is-suġġetti li ġejjin (in-numri fil-parentesi jirreferu għan-numri tal-paragrafi fl-ittra ta' l-Ombudsman, fejn ġiet mitluba iktar informazzjoni):

  • ix-xogħol u l-piż sproporzjonat (1.2);
  • appoġġ finanzjarju għal uffiċjali u membri tal-familja b'diżabilità (1.3);
  • aċċessibilità għall-proċeduri ta' reklutaġġ (1.4);
  • il-possibilità ta' rapporti dwar il-politika tar-reklutaġġ kull ċertu perjodu ta' żmien (1.5);
  • miżuri pożittivi biex ikun im ħeġġeġ ir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità (1.6);
  • l-iżvilupp ta' standards fir-rigward ta' l-aċċessibilità (2.2);
  • faċilitajiet ta' parkeġġ (2.3);
  • aċċessibilità ta' l-informazzjoni mqassma għal persuni b'diżabilità (3.3);
  • aċċessibilità tas-siti ta' l-internet għall-pubbliku (3.4);
  • formati alternattivi tad-dokumenti pubbliċi kollha ta' l-UE li jkunu aċċessibbli (3.5);
  • integrazzjoni ta' tfal bi Bżonnijiet Edukattivi Speċjali (BES) (4.2);
  • analiżi ta' l-istħarriġ dwar id-diżabilità (5.3);
  • it-trawwim ta' kuxjenza dwar id-diżabilità (5.4).

III . Il-kummenti tal-Kummissjoni għat-talba ulterjuri ta' l-ombudsman

  • Ix-xogħol u l-piż sproporzjonat (1.2)

Il-Kummissjoni provdiet linji ta' gwida biex tgħin lis-servizzi tagħha fid-deċiżjonijiet, fost l-oħrajn, dwar jekk miżura li tinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabilità titqiesx li timponi piż sproporzjonat. Regoli għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 1d (4) tar-Regolamenti tal-Personal ġew adottati mill-Kummissjoni u ġew pubblikati fl-20 ta' Ġunju 2004 permezz ta' l-Avviż Amministrattiv Nru 69-2004 (cf. anness I). Ir-regoli ta' implimentazzjoni jitrattaw, inter alia, ir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità, id-diżabilità li sseħħ matul il-karriera ta' uffiċjal, l-akkomodazzjoni raġonevoli u l-piż sproporzjonat.

Il-Kodiċi ta' Prattika Tajba g ħall-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità fil-punt 3 tiegħu - Akkomodazzjoni relatata max-xogħol - isemmi li "Standards stretti... għandhom ikunu applikati meta jkun qed jiġi evalwat x'inhu piż sproporzjonat għall-Istituzzjonijiet Ewropej." (cf. anness II). Skond dan il-prinċipju, l-Artikolu 12 tar-regoli ta' implimentazzjoni jistipula:

"Biex l-akkomodazzjoni raġonevoli timponi piż sproporzjonat fuq l-istituzzjoni, l-ispejjeż għall-forniment ta' din l-akkomodazzjoni jridu jkunu b'tali mod li jkunu aktar milli l-istituzzjoni tista' tistenna li tiflaħ."

Xi eżempji ta' akkomodazzjoni raġonevoli huma provduti fl-Artikolu 8 tar-regoli ta' implimentazzjoni, kif ġej:

  • li faċilitajiet eżistenti, li diġà jintużaw mill-impjegati, isiru immedjatament aċċessibbli g ħal u għall-użu ta' persuni b'diżabilità ;
  • ristrutturar tax-xog ħlijiet ;
  • g ħoti ta' għajnuna ;
  • xog ħol part-time jew orarji modifikati ta' xog ħol ;
  • l-akkwist jew il-modifika ta' l-g ħodod ;
  • l-aġġustament ta' materjali ta' ta ħriġ ;
  • il-bdil ta' strate ġiji politiċi u prattiċi.

Bil-g ħan li j kun evalwat jekk il-forniment ta' akkomodazzjoni raġonevoli jimponix piż sproporzjonat, l-Artikolu 13 tar-regoli ta' implimentazzjoni jsemmi li, inter alia, g ħandhom jitqiesu l-konsiderazzjonijiet li ġejjin:

  • it-tip u l-ispiża ta' l-akkomodazzjoni;
  • l-ispiża g ħat-twettiq ta' l-akkomodazzjoni, meta mqabbla ma' l-ispejjeż ġenerali għal kull membru tal-persunal ;
  • l-ispiża g ħat-twettiq ta' l-akkomodazzjoni, meta mqabbla mal-baġit disponibbli ;
  • in-numri ta' persuni f'żona partikolari li je ħtieġu l-akkomodazzjoni ;
  • il-bżonnijiet ta' sa ħħa u sikurezza tal-ħaddiema kollha.

It-test s ħiħ ta' l-Avviż Amministrattiv 69-2004 jista' jinstab fuq http://www.cc.cec/guide/publications/infoadm/2004/ia04069_en.html.

Dawn ir-regoli ta' implimentazzjoni, flimkien mar-Regolamenti tal-Persunal, jipprovdu linji ta' gwida ċari g ħas-servizzi fil-forniment ta' akkomodazzjoni raġonevoli għal persuni b'diżabilità.

  • Appoġġ finanzjarju g ħal uffiċjali u membri tal-familja b'diżabilità (1.3)
  • Kif semmiet diġà fit-tweġiba tag ħha għall-ilment 1391/2002, il-Kummissjoni ma tqisx li hija tiddiskrimina fir-rigward ta' l-appoġġ li tipprovdi g ħal uffiċjali u membri tal-familja li jkollhom diżabilità. Il-firxa sħiħa ta' appoġġ finanzjarju provdut mill-assigurazzjoni tal-mard għall-ispejjeż mediċi, mill-konċessjonijiet ta' l-istat u mill-għajnuna supplimentari lil persuni b'diżabilità għal spejjeż mhux mediċi hija meqjusa bħala xierqa biex tpatti għall-ispejjeż żejda marbuta mad-diżabilità. Il-linji ta' gwida għall-implimentazzjoni tal-baġit - bl-intestatura 'għajnuna supplimentari għal persuni b'diżabilità' li tikkonċerna l-flus tal-welfare allokati għal persuni b'diżabilità - li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004 (cf. anness III) isemmu li l-kontribuzzjoni personali ta' min jirċievi tista' tvarja bejn 5% u 35%, u din tiġi kalkolata fuq il-bażi tad-dħul taxxabbli tal-familja tiegħu (cf. anness IV). Il-linji ta' gwida huma inter-istituzzjonali u kull Istituzzjoni għandha l-baġit tagħha.

Is-sitwazzjoni tal-baġit: Fl-2005, il-fondi kollha disponibbli taħt l-intestatura tal-baġit "għajnuna supplimentari għall-persuni b'diżabilità" li kienu jammontaw għal € 1,350,000 intefqu kollha fir-rimbors tal-85 dossier eżistenti. Madwar nofs id-dossiers kellhom x'jaqsmu ma' spejjeż marbuta ma' diżabilitajiet serji, filwaqt li l-bqija kellhom x'jaqsmu mar-rimbors ta' spejjeż ta' edukazzjoni jew taħriġ speċifiku meħtieġ biex ipatti għall-effetti ta' xi diżabilità. G ħall-baġit 2006, l-awtorità tal-baġit tat l-ammont ta' € 1,770,000 (żieda ta' 30 % meta mqabbel ma' l-2005). Dan se jkun biżżejjed biex ikopri d-dossiers eżistenti, iż-żieda normali fl-ispejjeż ta' dawk id-dossiers eżistenti kif ukoll madwar 15-il dossier ġdid, skond kif qed jiġi stmat. Din l-istima hija bbażata fuq ir-reazzjoni g ħal kampanja ta' informazzjoni fost l-uffiċjali tal-Kummissjoni li tnediet fl-2005. Għalhekk, il-baġit se jkopri r-rimbors tad-dossiers eżistenti skond ir-regoli eżistenti. B'xorti ħażina mhux se jkun hemm fondi biżżejjed biex jingħata r-rimbors għall-100% tad-dossiers kollha, li għalihom il-Kummissjoni tqis li jkunu meħtieġa mill-inqas € 300,000 ta' fondi addizzjonali. G ħaldaqstant, meta jiġu kkunsidrati l-limiti tal-baġit, il-kontribuzzjonijiet personali tal-benefiċjarji jiffaċilitaw iktar it-trattament ugwali u r-rimbors tal-ħtiġijiet kollha ġustifikati.

Il-garanzija tal-ba ġit: G ħalkemm il-Kummissjoni m'għandhiex obbligu legali li tirrimborsa l-100% ta' l-ispejjeż li jirriżultaw minn xi diżabilità, fil-prinċipju ma toġġezzjonax, mill-perspettiva ta' politika, għal rimbors ta' dan it-tip. Madankollu, kif enfasizzat fit-tweġiba tagħha għall-ilment 1391/2002, il-Kummissjoni ma tistax, wa ħedha, tibdel l-karatteristika essenzjali tal-baġit 'għajnuna supplimentari għal persuni b'diżabilità' li huwa limitat f'termini ta' ammont. Il-Kummissjoni tista' possibbilment tkun lesta li tipprovdi rimbors ta' 100% ta' l-ispejjeż marbuta ma' diżabilità bil-kondizzjoni li l-awtorità tal-baġit tiggarantixxi d-disponibilità ta' fondi biżżejjed u wkoll fuq il-bażi ta' ftehim inter-istituzzjonali dwar proposta riveduta tal-linji ta' gwida msemmija hawn fuq li jkunu jistgħu jippermettu r-rimbors sħiħ. Mingħajr dan il-ftehim u l-garanzija tal-baġit u fid-dawl ta' l-obbligi tar-Regolamenti Finanzjarji, ir-rimborsi se jkunu dejjem limitati mill-fondi disponibbli u l-Kummissjoni se tkompli tiżborsa dawn il-fondi fl-iktar mod ugwali possibbli. Meta jitqies il-baġit preżenti, din l-aħħar politika tevita l-implimentazzjoni tal-prinċipju "jinqeda l-ewwel min jiġi l-ewwel" ("first come, first served") li kieku joħloq diskriminazzjoni qawwija bejn dawk li jiġu rimborsati bil-100% u dawk li ma jiġux rimborsati bl-istess rata, jew li assolutament ma jiġux rimborsati, għaliex ma jkunx hemm iktar fondi disponibbli.

Il-kontribuzzjonijiet personali tal-benefiċjarji: Il-Kummissjoni ma tqisx li l-kontribuzzjoni personali limitata msemmija fil-linji ta' gwida (5% sa 35%) hija soċjalment inġusta peress li l-kontribuzzjoni ming ħand il-benefiċjarji hija kkalkolata fuq il-bażi tad-dħul taxxabbli tal-familja.

Iż-żieda fir-rimborsi: Il-Kummissjoni g ħamlet sforz kbir biex issaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-persuni b'diżabilità. L-għajnuna finanzjarja individwali ġiet miżjuda b'mod sostanzjali b'żieda fir-rimborsi sa mill-1 ta' Mejju 2004, wara numru ta' emendi għall-politika dwar il-konċessjoni supplimentari għal persuni b'diżabilità u wara żieda konsiderevoli fil-fondi disponibbli. Bejn l-2003 u l-2005 in-numru ta' dossiers żdied bi kważi 50% (minn madwar 60 g ħal 85 dossier) u l-fondi disponibbli ġew miżjuda b'130% (minn € 770,000 g ħal € 1,770,000). Fl-2004 ġie stabbilit settur ġdid, "g ħajnuna prattika għal persuni b'diżabilità", biex jipprovdi informazzjoni ġenerali, pariri u appoġġ.

Komunikazzjoni ġdida fl-2006: Aktarx li fl-2006 se tkun ippreżentata Komunikazzjoni ġdida tal-Kummissjoni li tittratta l-g ħajnuna għal persuni b'diżabilità. Din se tkompli ttejjeb u tkabbar l-għajnuna għall-ġenituri li huma responsabbli minn tfal b'diżabilità. Dan id-dokument, ibbażat fuq analiżi dettaljata tal-ħtiġijiet tat-tfal b'diżabilità, se jittratta l-problemi essenzjali kollha inkluż l-inkwiet ewlieni tal-ġenituri: il-kura għat-tfal b'diżabilità wara l-mewt tal-ġenituri.

  • Aċċessibilità g ħall-proċeduri ta' reklutaġġ (1.4)

Fi ħdan il-qafas ta' l-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet, u f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri preżenti, b'mod partikolari fl-Uffiċju ta' l-Għażla tal-Personal Ewropew (EPSO), hemm fis-seħħ diversi miżuri prattiċi sabiex tkun faċilitata l-parteċipazzjoni tal-kandidati b'diżabilità fid-diversi testijiet, u li huma adattati għad-diżabilità konċernata.

Fl-avviżi tal-kompetizzjoni, il-kandidati jiġu żgurati li:

"L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea japplikaw politika ta' opportunitajiet indaqs u jaċċettaw applikazzjonijiet ming ħajr distinzjoni fuq bażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, twemmin reliġjuż, politiku jew xi twemmin jew opinjoni oħra li jkunu ta' xi minoranza nazzjonali, sitwazzjoni finanzjarja, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali, stat taż-żwieġ jew sitwazzjoni familjari.".

Barra minn hekk, fl-avviż il-kandidati b'diżabilità huma mfakkra li:

"Jekk g ħandek diżabilità li ma tippermettilekx li tirreġistra online, inti tista' titlob, preferibbilment permezz ta' fax, verżjoni tal-formola fuq karta, li inti trid timla, tiffirma u tibgħat lura bil-posta reġistrata, mhux iktar tard mid-data ta' l-għeluq għar-reġistrazzjoni. Il-komunikazzjoni kollha sussegwenti bejnek u l-EPSO tkun bil-posta. Mal-formola ta' l-applikazzjoni tiegħek, inti għandek tehmeż ċertifikat li jiddikjara d-diżabilità tiegħek, maħruġ minn entità rikonoxxuta. Fuq karta separata inti mitlub ukoll tniżżel kwalunkwe arranġamenti speċjali li inti taħseb li huma meħtieġa biex ikun iktar faċli għalik li tipparteċipa fit-testijiet".

Fil-"Gwida g ħall-Applikanti", pubblikata fl-istess żmien ta' l-avviż tal-kompetizzjoni, il-kandidati b'diżabilità huma wkoll imfakkra bl-opportunità li jitolbu għal arranġamenti speċjali skond id-diżabilità tagħhom. L- Anness 2 ta' din il-gwida, bit-titlu "Istruzzjonijiet biex timla l-formola ta' reġistrazzjoni", isemmi li l-kandidati b'diżabilità g ħandhom:

" Ikteb "IVA" jekk g ħandek diżabilità li tista' tagħmilha diffiċli għalik li tagħmel it-testijiet. Dan għandu jgħin lill-EPSO biex iwettaq kwalunkwe arranġament li jista' sabiex jgħinek".

Finalment, fuq is-sit ta' l-internet ta' l-EPSO, hemm referenza diretta g ħall-opportunitajiet indaqs - li l-EPSO jagħtihom importanza kbira. Dan jgħodd ukoll għar-reklami kollha li jidhru fuq l-istampa meta titħabbar xi kompetizzjoni.

"L-EPSO hija impenjata bis-s ħiħ biex iżżomm mal-prinċipju li l-organizzazzjoni għandha tkun mera reali tas-soċjetà li hija sservi. Il-postijiet fl-Istituzzjonijiet ta' l-UE huma miftuħa għaċ-ċittadini kollha ta' l-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji ta' eleġibilità, irrispettivament minn kwalunkwe distinzjoni ta' sess, età, nazzjonalità, razza, reliġjon jew orjentazzjoni sesswali. Fejn ikun hemm raġuni valida u prattika, isiru arranġamenti speċjali biex il-kandidati b'diżabilità jkunu jistgħu jikkompetu bl-istess mod bħall-oħrajn fil-kompetizzjonijiet tar-reklutaġġ, u biex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni effettiva fl-ambjent tax-xogħol tal-kandidati li jirnexxu. Id-diskriminazzjoni m'hix tollerata fl-Istituzzjonijiet ta' l-UE. Waqt li jinżamm il-prinċipju bażiku ta' l-għażla skond il-mertu, aħna għandna l-għan li noħolqu bilanċ nazzjonali xieraq fi ħdan il-forza tax-xogħol u għandna strateġiji politiċi biex jinkoraġġixxu iktar ir-rappreżentanza tan-nisa f'pożizzjonijiet importanti. L-Unjoni Ewropea tħaddan id-diversità fl-iktar sens wiesgħa tagħha".

F'termini prattiċi, fiż-żmien li jkunu qed jiġu organizzati t-testijiet g ħall-kompetizzjonijiet ikunu di ġà twettqu numru ta' miżuri fuq talba tal-kandidati nfushom u fuq il-bażi ta' l-ispjegazzjonijiet dwar dak li huma jqisu bħala meħtieġ sabiex jipparteċipaw fit-testijiet.

Sabiex tissodisfa dawn it-talbiet, l-EPSO g ħandha l-għażla li tistieden lil dawk il-kandidati b'diżabilità f'ċentri separati għat-testijiet.

Hawn ta ħt hawn xi eżempji ta' miżuri li diġà ttieħdu mill-EPSO, skond it-tip ta' diżabilità ppreżentata mill-kandidat :

- diżabilità li tinvolvi problemi ta' vista: test li jkun bil-Braille; test miktub b'tipa ikbar, il-kandidat jista' jġib il-kompjuter tieg ħu/tagħha li jkun jista' jaqra l-Braille ; g ħat-testijiet, l-inviġilatur jista' jaqra l-mistoqsijiet u t-tweġibiet proposti, il-kandidat jagħti t-tweġibiet tiegħu/tagħha u l-inviġilatur jindika dan fuq is-sistema li taqra l-format ottiku; jista' jsir rekordjar ta' l-awdjo, jingħata ħin żejjed ;

- diżabilità li tinvolvi s-smig ħ : (kandidati torox jew parzjalment torox): possibilità li jitpoġġew bil-qie għda fil-parti ta' quddiem taċ-ċentru ta' l-eżamijiet biex ikunu jistgħu jaqraw ix-xufftejn ta' min ikun qed jitkellem; ikollhom kopja tat-test ta' min ikun qed jitkellem u jkollhom inviġilatur individwali għad-dispożizzjoni tagħhom ;

- diżabilità li tinvolvi l-idejn: jew ikun hemm kompjuter g ħad-dispożizzjoni tal-kandidat biex dan ikun jista' jistampa t-tweġibiet tiegħu; jew il-kandidat jista' jagħti t-tweġibiet tiegħu b'mod verbali lill-inviġilatur bl-użu tar-rekorder ta' l-awdjo ;

- kandidati li jkunu fuq siġġu tar-roti (wheelchair): L-EPSO tara li l-kandidati jkollhom aċċess g ħaċ-ċentru ta' l-eżamijiet mingħajr ebda ostaklu ;

- mard li jdg ħajjef/diżabilità ċerebrali : ħin mogħti żejjed biex isir it-test; kompjuter, oġġett li jżomm id-dokument, post ta' parkeġġ għad-dispożizzjoni tal-kandidat; jista' jkun provdut siġġu ergonomiku ;

- diżleksja: il-kandidat ikollu kompjuter g ħad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jikteb it-test u jingħata ħin żejjed.

Fir-rigward tat-twettiq ta' rapporti dwar l-aċċessibilità tal-proċeduri ta' reklutaġġ g ħal kandidati b'diżabilità, għajr dawk bi problemi ta' vista, fis-segwitu għall-istħarriġ dwar id-diżabilità - imsemmi hawn taħt f'iktar dettall - diġà hemm proposta għal eżami min-naħa tal-Kummissjoni u ta' l-EPSO dwar il-kontenut tar-reklami għar-reklutaġġ, bil-ħsieb li jkunu inkoraġġiti aktar applikazzjonijiet minn persuni b'diżabilità. Il-kwistjoni dwar it-tħejjija tar-rapporti fuq diżabilitajiet speċifiċi se tkun eżaminata f'dan il-kuntest.

  • Il-possibilità ta' rapporti dwar il-politika tar-reklutaġġ kull ċertu perjodu ta' żmien (1.5)

Il-Kummissjoni tqis l-anonimità b ħala garanzija tat-trattament ugwali għall-kandidati u l-proċeduri tagħha ta' l-għażla huma organizzati, bl-aħjar mod possibbli, sabiex jiżguraw it-trattament ugwali.

F'dan ir-rigward, l-EPSO tiżviluppa faċilitajiet speċjali biex tippermetti lill-persuni b'diżabilità li jie ħdu sehem fil-kompetizzjonijiet.

Fil-kuntest tar-riżultati ta' l-ist ħarriġ (imsemmija f'aktar dettall hawn taħt), il-Kummissjoni ntrabtet li teżamina kif l-istatistika eżistenti u dik tal-ġejjieni dwar l-impjieg tal-persuni b'diżabilità fil-Kummissjoni tista' tkun aktar kredibbli u iktar aġġornata b'mod regolari, filwaqt li tirrispetta l-obbligi tar- Regolament (KE) 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data . Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-kwisjoni li tippubblika din l-istatistika fil-futur, b ħala parti mill-eżami biex tittejjeb il-kredibilità ta' l-istatistika.

  • Miżuri pożittivi biex ikun imħeġġeġ ir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità (1.6)

Il-proċeduri ta' l-g ħażla, li jinvolvu testijiet anonimi u t-twettiq ta' akkomodazzjoni raġonevoli għall-parteċipazzjoni f'dawn it-testijiet, jitqiesu bħala l-aħjar garanzija għat-trattament ugwali fil-proċess ta' reklutaġġ. Minbarra l-azzjonijiet futuri li se jittieħdu biex ikun żgurat li r-reklamar għall-opportunitajiet tax-xogħol ikun iktar immirat għall-persuni b'diżabilità, il-Kummissjoni ma tarax il-ħtieġa li tintervjeni b'mod ulterjuri billi tipprovdi miżuri pożittivi li jkunu speċifikati għall-persuni b'diżabilità f'dan l-istadju tal-proċeduri ta' reklutaġġ.

Kif kien notifikat lill-Ombudsman fit-tweġiba g ħall-inkjesta preċedenti, id-Direttorat Ġenerali tal-Personal u l-Amministrazzjoni (DĠ ADMIN) ikun avżat meta gradwati mill-kompetizzjonijiet tar-reklutaġġ ikunu indikaw li għandhom diżabilità li titlob akkomodazzjoni speċjali fil-proċess ta' reklutaġġ. DĠ ADMIN tadotta strateġija pro-attiva g ħar-reklutaġġ tagħhom min-naħa tas-servizzi u teħodhom każ b'każ. Preżentement din l-istrateġija hija meqjusa bħala l-iktar waħda xierqa biex ikunu adottati miżuri pożittivi.

Fil-kuntest tar-riżultati ta' l-ist ħarriġ, il-Kummissjoni ntrabtet li tinvestiga, flimkien ma' gruppi oħra rilevanti, id-diversi mezzi li bihom jista' jkun imħeġġeġ ir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità fi ħdan l-istituzzjoni. Din l-investigazzjoni se tikkunsidra l-kwistjoni li jkunu żviluppati miżuri pożittivi biex ikun inkoraġġit ir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità f'iktar dettall, bħal li tiġi stabbilita u analizzata xi tip ta' mira ta' impjieg għal persuni b'diżabilità, segwitu individwali min-naħa ta' l-amministrazzjoni wara l-eżami mediku sabiex ikun żgurat li jkun hemm kompiti u tagħmir xieraq. Barra minn hekk, il-kwistjoni ta' diżabilità hija indirizzata fil-korsijiet dwar l-intervisti għall-għażla u fit-taħriġ tal-'jury de concours' (l-eżaminaturi tal-kompetizzjoni), biex ikun żgurat li jkun hemm sensibilizzazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet.

  • L-iżvilupp ta' standards fir-rigward ta' l-aċċessibilità (2.2)

L-a ħħar verżjoni (nru. 5) tal-manwal ta' l-iżvilupp ta' l-istandards tal-Kummissjoni (normalment magħruf bħala l-MIT - Manuel d'Immeuble Type) kienet adottata mill-Kumitat Amministrattiv ta' l-Uffiċċju g ħall-Infrastruttura u l-Loġistika - Brussell (OIB) fid-29 ta' Ġunju 2004 wara konsultazzjoni interna li kienet ferm mifruxa. Il-Kapitolu B. III. jikkonċerna b'mod speċifiku r-rekwiżiti g ħall-persuni b'diżabilità, ikopri kwistjonijiet ġenerali ta' aċċess, spazji maħsuba għall-parkeġġ, il-mobilità, id-dawl u s-sinjali fil-bini, l-installazzjonijiet sanitarji u l-evakwazzjoni f'każ ta' emerġenza.

Minbarra dan il-kapitolu dedikat g ħall-persuni b'diżabilità, fil-manwal hemm madwar 30 referenza għar-rekwiżiti għall-persuni b'diżabilità. F'din il-materja, l-M IT ssegwi kemm il-leġiżlazzjoni Belġjana inkluż ir-'Règlement Regional d'Urbanisme' (RRU)(1) ta' Brussell u kemm dik Ewropea u ssegwi wkoll il-Kodiċi ta' Kondotta Tajba g ħall-impjieg ta' persuni b'diżabilità(2).

M'hu ppjanat l-ebda st ħarriġ ta' l-MIT fiż-żmien qarib. Id-dokument preżenti kien adottat biss f'nofs is-sena 2004 u huwa aġġornat f'termini ta' standards ta' aċċessibilità. Barra minn hekk, il-persuna speċjalizzata msemmija fil-Kodiċi ta' Kondotta Tajba għall-impjieg ta' persuni b'diżabilità, biex tagħmel valutazzjonijiet ergonomiċi ta' l-ambjent tax-xogħol tal-persuni b'diżabilità, għadha kemm inħatret. Ovvjament il-kwistjoni se tibqa' tiġi riveduta fid-dawl ta' l-istandards ġodda ta' l-MIT u fid-dawl ta' l-esperjenza tal-persuna speċjalizzata.

  • Faċilitajiet ta' parkeġġ (2.3)

B'mod konformi mal-Kodiċi ta' Kondotta Tajba tal-Kummissjoni g ħall-impjieg ta' persuni b'diżabilitajiet, minimu ta' żewġ postijiet ta' parkeġġ f'kull bini tal-Kummissjoni kemm barra u kemm ġewwa(3) huma riżervati għal persuni b'diżabilità li jżuru l-bini tal-Kummissjoni, minbarra fil-bini ta' Berlaymont; b'kollox il-Kummissjoni għandha 114-il post ta' parkeġġ riżervat.

L-aċċess g ħall-bini ta' Berlaymont huwa ristrett min ħabba raġunijiet ta' sikurezza ; huwa g ħal din ir-raġuni li l-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet ta' Brussell biex jirriżervaw postijiet ta' parkeġġ għall-persuni b'diżabilità f' Boulevard Charlemagne, li tiġi qrib il-Berlaymont. F'Ottubru 2005, il-Kummissarju tal-Pulizija g ħall-Kapitali Brussell qabel li jirreżerva tliet postijiet tali f' Boulevard Charlemagne u talab lid-dipartiment tax-xog ħlijiet pubbliċi biex iwettaq ix-xogħol meħtieġ.

Barra mill-postijiet ta' parkeġġ imsemmija hawn fuq g ħal persuni b'diżabilità li jżuru l-bini tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha wkoll 216-il post ta' parkeġġ riżervat fi ħdan il-bini tagħha għall-ħaddiema tagħha li għandhom problemi mediċi (ħaddiema li jbatu minn diżabilità permanenti jew temporanja/minn diffikultajiet marbuta mas-saħħa). Kull wieħed minn dawn il-postijiet ta' parkeġġ huwa allokat fuq il-bażi ta' talba individwali, li tkun ibbażata fuq ċertifikat mediku.

  • Aċċessibilità ta' l-informazzjoni mqassma għal persuni b'diżabilità (3.3)

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-aċċessibilità ta' l-informazzjoni hija spjegata fuq il-paġna ta' l-internet "EUROPA - Politika ta' Aċċessibilità fuq l-Internet" (http://europa.eu.int/geninfo/accessibility_policy_en.htm), kif ġej: "fir-rigward tas-server EUROPA, il-Kummissjoni Ewropea iddeċidiet li tadotta l-konformità tal-livell A (Prijorità 1) g ħal siti ta' l-internet ġodda u aġġornati ." Il-WAI-A tinkludi regoli li jikkonċernaw mhux biss persuni bi problemi ta' vista iżda persuni bi problemi u diżabilitajiet o ħra . Barra minn hekk, id-Direttorat Ġenerali g ħall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs iżomm is-sit uffiċjali ta' l-internet tas-Sena Ewropea tal-Persuni b'Diżabilità fuq is-server Europa, li jista' jinstab fuq http://europa.eu.int/comm/employment_social/disability/index_en.html.

  • Aċċessibilità tas-siti ta' l-internet g ħall-pubbliku (3.4)

Il-Gwida g ħal min Jipprovdi l-Informazzjoni ( IPG) hija ma ħsuba għal min jikteb fil-paġni tal-websajt EUROPA (koordinaturi, webmasters, kuntratturi, eċċ) u tkopri l-aspetti editorjali, tekniċi u grafiċi. Ir-regoli stabbiliti fl- IPG(4) huma obbligatorji, sabiex ikun żgurat li jkun hemm servizz koerenti u li jg ħin lill-utenti.

Skond l- IPG, il-paġni m ħejjija għall-pubblikazzjoni fuq l-EUROPA għandhom jissodisfaw il-livell A tal-kriterju ta' aċċessibilità. Il- webmasters tad-Direttorati Ġenerali u tas-Servizzi huma responsabbli mill-valutazzjoni ta' l-aċċessibilità tal-websajts rispettivi tag ħhom u biex jiżguraw li s-siti/paġni ta' l-internet ikunu konformi ma' l- IPG u l- WAI-A. Hemm numru ta' g ħodod disponibbli li jistgħu jevalwaw il-konformità ta' websajt ma' l-istandards preżenti ta' aċċessibilità. Barra minn hekk, it-tim ta' koordinament ta' l-EUROPA tad-Direttorat Ġenerali PRESS jipprovdi għajnuna sistematika lill-Webmasters fil-kompitu tagħhom ta' konformità tas-siti u l-paġni tagħhom mal-verifiki tal-WAI-A (kif ukoll ta' xi wħud tal-WAI-AA).

  • Formati alternattivi tad-dokumenti pubbliċi kollha ta' l-UE li jkunu aċċessibbli (3.5)

Il-paġni ta' l-EUROPA li jkunu konformi mal-WAI jistg ħu , bl-użu ta' softwer xieraq, jintużaw biex jo ħolqu kitba b'tipa kbira, Braille, u awdjo. Il-problema b'sit ta' l-internet multilingwi bħalma hu l-EUROPA hija li mhux il-lingwi kollha jistgħu jinqraw permezz ta' softwer ta' għajnuna. Il-mod li bih il-Kummissjoni tista' ttejjeb il-paġni li huma diġà konformi mal-WAI huwa billi tipprovdi fajls ta' l-awdjo jew fajls tal-lingwa tas-sinjali li jkunu ġenerati minn dawn il-paġni. Madankollu, dan jista' jikkawża iktar problemi milli jipprovdi soluzzjonijiet, peress li t-teknika kkonċernata hija dik ta' makkinarju li jwettaq it-traduzzjoni: traduzzjoni awtomatika fil-lingwa tas-sinjali ma tkunx tagħmel sens, bl-istess mod bħalma traduzzjoni bil-makkinarju rarament tkun ta' kwalità tajba. Bħala alternattiva jista' jiġi impjegat traduttur tal-lingwa tas-sinjali sabiex jipprovdi fajls tal-lingwa tas-sinjali. Madankollu, f'dak il-każ, peress li ma teżisti l-ebda lingwa tas-sinjali universali (per eżempju, il-lingwa tas-sinjali Franko-Belġjana hija differenti minn dik Franċiża). L-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija tidher li m'hix realistika.

Soluzzjoni possibbli li tkun te ħtieġ diversi riżorsi addizzjonali tista' tkun dik li tkun provduta konnessjoni għal output ta' awdjo qrib testi introduttivi ta' kwalunkwe artiklu/informazzjoni twila sabiex persuni b'diffikultajiet fiżiċi jifhmu aktar malajr l-informazzjoni li tkun ta' interess għalihom u suċċessivament jagħżluha jew jaqbżuha. Barra minn hekk f'websajt multilingwi bħall-EUROPA, il-proċess kontinwu li jinħoloq kontenut li jkun konformi mal-WAI u l-iċċekkjar tal-kontenut biex tkun ivverifikata l-aċċessibilità tiegħu s'issa deher li kien l-aħjar mod biex ikun żgurat l-ogħla livell ta' aċċessibilità. Il-Kummissjoni adottat sistema ta' Tmexxija tal-Kontenut tal-Web li, meta użata fil-futur, se tiggarantixxi konformità mar-rekwiżiti minimi ta' aċċessibilità fuq il-paġni kollha tag ħha.

Format alternattiv ie ħor li jkun aċċessibbli huwa l-'qari ħafif'. Fl-okkażjoni tal-Ġurnata Ewropea tal-Persuni b'Diżabilità fl-2005, il-Kummissjoni ħarġet dokumenti ta' ħidma f'dan il-format.

  • Integrazzjoni ta' tfal bi Bżonnijiet Edukattivi Speċjali (BES) (4.2)

Kif jaf l-Ombudsman, il-Kummissjoni m'g ħandha l-ebda kompetenza fi kwistjonijiet edukattivi u għalhekk ma tistax tivvaluta jew tevalwa l-programm il-ġdid BES fl-Iskejjel Ewropej (IE) u lanqas ma tista' tagħti istruzzjonijiet lill-IE. Id-deċiżjonijiet kollha f'dan il-qasam jittieħdu mill-Bord ta' Gvernaturi ta' l-Iskejjel Ewropej (BtG), li fih il-Kummissjoni għandha biss 29 vot(5). Madankollu, b ħala membru tal-BtG u bħala entità responsabbli li timpjega l-ħaddiema, fejn il-ħaddiema tagħha qed juru n-nuqqas ta' sodisfazzjon tagħhom b'dan is-servizz ta' l-IE (li fil-parti l-kbira tagħha hija finanzjata mill-flus tal-Komunità), il-Kummissjoni qed issegwi l-kwistjoni b'mod attiv u qed titlob li ssir evalwazzjoni tal-programm BES.

F'Marzu 2004, fil-laqg ħa tal-Kumitat Pedagoġiku ta' l-IE (sotto-kumitat preparatorju tal-BtG, fejn jiġu diskussi u mħejjija materji edukattivi biex jiġu kkunsidrati u approvati mill-Bord) ġew preżentati għall-ewwel darba ċertu statistiċi dwar xi każi ta' BES. Il-Kummissjoni talbet li l-programm BES ikun evalwat mill-ispetturi/koordinaturi rilevanti u li r-rapport li jmiss (fis-sena suċċessiva) dwar il-programm BES għandu jipprovdi r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni. Madankollu, l-a ħħar rapport dwar il-programm BES kien simili għall-ewwel wieħed, u l-Kummissjoni, fil-Kumitat Pedogoġiku ta' Novembru 2005, tenniet it-talba favur evalwazzjoni tal-programm BES.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Uffiċċju tas-Segratarju Ġenerali g ħall-IE biex jipprovdi iktar informazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-programm BES, b'riżultat ta' talbiet oħra għal informazzjoni li ġew mingħand l-Ombudsman, u ddikjarat bil-miktub it-tip ta' informazzjoni li għandha tinġabar mill-IE. Sal-lum, għadha ma ġiet provduta l-ebda data lill-Kummissjoni.

Fl-a ħħar ta' Jannar 2006, i l-Kummissjoni talbet b'mod formali lill-BtG biex issir evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-programm BES. Fis-sena skolastika li ġejja g ħandu jkun hemm rapport ta' l-evalwazzjoni.

  • Analiżi ta' l-ist ħarriġ dwar id-diżabilità (5.3)

L-ist ħarriġ dwar id-diżabilità mwettaq mill-Kummissjoni f'Diċembru 2004 ġie analizzat u r-riżultati ġew preżentati fuq l-intranet tal-Kummissjoni . It-test bir-riżultati s ħaħ huwa pprovdut f'Anness V u huwa spjegat fil-qasir hawn taħt. B'riżultat ta' l-analiżi tat-3,526 tweġiba(6), qed jiġu wkoll proposti xi azzjonijiet speċifiċi. Dawn huma inklużi fl-informazzjoni ppreżentata fuq is-sit ta' l-intranet u huma wkoll spjegati fil-qasir hawn taħt.

In-numru baxx ta' tweġibiet minn persuni b'diżabilità (216 li jammontaw biss għal 6% ta' dawk li wieġbu ) g ħamilha diffiċli li jinħarġu konklużjonijiet definittivi mir-riżultati ta' l-istħarriġ, peress li ma kienx ċar jekk it-tweġibiet kinux jirrapreżentaw numru żgħir ta' persuni b'diżabilità impjegati fil-Kummissjoni jew rata baxxa ta' tweġibiet minn proporzjon ħafna ikbar. Madankollu, xi punti ssemmew b'mod regolari u jidher li jistgħu jibbenefikaw minn azzjoni ulterjuri. Fost dawn hemm id-diffikultajiet li xi ħaddiema qalu li jesperjenzaw meta jingħataw akkomodazzjoni li tkun sempliċi wisq biex tiffaċilita x-xogħol tagħhom, bħal ngħidu aħna siġġijiet jew imwejjed ta' l-uffiċċju xierqa jew it-tagħmir adattat ta' l-IT. Dawn jidher li huma "akkomodazzjonijiet raġonevoli", fi ħdan it-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal (Artikolu 1d 4), li l-istituzzjoni hija obbligata li tipprovdi lil persuni b'diżabilità biex tiffaċilitahom fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom. Id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom xi persuni b'diżabilità fl-aċċess għal jew fi ħdan il-bini (bir-rotot jiġu mblukkati minn oġġetti maħżuna, b'bibien li jirreżistu n-nar (fire doors) li huma tqal wisq, eċċ.) ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni.

108 tweġibiet irreferew g ħad-diskriminazzjoni possibbli fir-rigward ta' l-opportunitajiet ta' karriera jew ta' żvilupp tal-karriera. Il-ħaddiema ħassew li huma kienu esperjenzaw trattament inqas favorevoli minħabba d-diżabilità tagħhom, b'riżultat li l-karriera tagħhom żviluppat iktar bil-mod, kellhom xogħol inqas interessanti jew nuqqas ta' aċċess għat-taħriġ filwaqt li, fuq livell interpersonali, numru ta' ħaddiema esperjenzaw imġiba li huma ħassew li kienet umiljanti, intimidatorja jew offensiva, mis-superjuri jew mill-kollegi tagħhom. Il-Kummissjoni tat attenzjoni kbira għal dan it-tħassib li esprimew il-ħaddiema. Bħala konsegwenza ta' dan, sar ftehim dwar proposti għal azzjonijiet, kif ġej :

  • Dak li ħareġ mir-rapport sommarju inġieb għall-attenzjoni tad-Diretturi kollha tar-Riżorsi Umani, tas-Servizz Mediku, ta' l-Unità tas-Saħħa u s-Sikurezza, ta' l-Unità Ċentrali ta' Gwida għall-Karriera (UĊGK) u tal-Grupp ta' bejn is-Servizzi dwar id-Diżabilità, fejn jista' jsir segwitu utli biex jiżgura iktar kuxjenza dwar dawn il-kwistjonijiet. Kien żgurat li s-servizzi rilevanti jsiru konxji tal-kummenti magħmula fl-istħarriġ li għandhom x'jaqsmu ma' dawk is-servizzi partikolari.
  • G ħandu jkun żgurat li l-persunal kollu jkun konxju li diskriminazzjoni fuq bażi ta' diżabilità hija speċifikament projbita fir-Regolamenti tal-Persunal. B'riżultat ta' dan, l-istħarriġ u r-riżultati tiegħu, li jitqiesu bħala għodod importanti biex jissensibilizzaw il-ħaddiema u biex jinfluwenzaw xi bidla, tpoġġew fuq is-sit ta' l-intranet tad-diżabilità.
  • Id-dispożizzjonijiet statutorji li g ħandhom x'jaqsmu man-nuqqas ta' diskriminazzjoni (Artikolu 1d 1) huma enfasizzati fis-sit ta' l-intranet tal-Kummissjoni dwar id-diżabilità .
  • Barra minn hekk, fuq is-sit ta' l-intranet il- ħaddiema huma mfakkra li, taħt it-termini tal-Kodiċi ta' Prattika Tajba għall-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità, jekk ikun hemm kwistjonijiet li jġibu magħhom nuqqas ta' sodisfazzjon f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni tal-Kodiċi huma jistgħu jirrikorru fuq bażi kunfidenzjali għand l-Unità ta' Opportunitajiet Indaqs u ta' Nuqqas ta' Diskriminazzjoni tad-DĠ ADMIN. L-Unità ssegwi l-kwistjonijiet b'mod diskret, b'attenzjoni xierqa għal-livell ta' kunfidenzjalità li jkun mitlub.
  • Id-dewmien fil-forniment ta' akkomodazzjonijiet, jew in-nuqqas ta' forniment tag ħhom, kien suġġett regolari fit-tweġibiet għall-istħarriġ. It-trattament inqas favorevoli minħabba d-diżabilità, bħall-iżvilupp iktar bil-mod tal-karriera jew opportunitajiet inqas interessanti ta' xogħol, kienu wkoll identifikati fost it-tweġibiet. Il-Kodiċi ta' Prattika Tajba ssemmi li konsulent speċjalizzat fl-għoti ta' pariri vokazzjonali u ta' riabilitazzjoni għandu jkun parti mit-tim li jipprovdi l-Gwida għall-Karriera u li l-Kummissjoni se taħtar persuna speċjalizzata biex twettaq valutazzjonijiet ergonomiċi ta' l-ambjent tax-xogħol tal-ħaddiema b'diżabilità. Il-ħatra/nomina ta' l-ispeċjalisti kienet prijorità ta' segwitu li kellha ssir mid-DĠ ADMIN matul l-2005, bil-ħsieb li tippermetti strateġija pro-attiva għall-iżvilupp tal-karriera, valutazzjoni ta' l-ambjent tax-xogħol u l-forniment ta' akkomodazzjonijiet raġonevoli fi żmien qasir. Dawn l-ispeċjalisti, fl-UĊGK u fl-Unità ta' Saħħa u Sikurezza tad-DĠ ADMIN, issa nħatru. Barra minn hekk, se jitwettaq eżami tad-diversi dispożizzjonijiet baġitarji disponibbli għall-benefiċċju tal-ħaddiema b'diżabilità, kif ukoll se tkun mistħarrġa l-kwistjoni tal-ħtieġa ta' iktar riżorsi baġitarji dedikati għall-forniment ta' akkomodazzjonijiet raġonevoli, sabiex ikun żgurat li jintlaħaq l-ogħla benefiċċju possibbli.
  • Id-DĠ ADMIN, f'konsultazzjoni mas-servizzi rilevanti, se jeżamina l-pożizzjoni fir-rigward tad-diversi dispożizzjonijiet baġitarji disponibbli għall-benefiċċju tal-ħaddiema b'diżabilità, biex tiżgura li jinkiseb l-ogħla benefiċċju għall-ħaddiema li għalihom huma pprovduti dawn ir-riżorsi. B'mod partikolari, id-DĠ ADMIN se jist ħarreġ il-kwistjoni tal-ħtieġa ta' iktar riżorsi baġitarji ddedikati għall-forniment ta' akkomodazzjonijiet raġonevoli fuq il-post tax-xogħol u jekk dawn ir-riżorsi għandhomx ikunu disponibbli ċentralment jew fil-livell tad-DĠs.
  • Il-kwistjoni ta' l-iżvilupp u l-analiżi ta' xi tip ta' mira ta' impjieg għal persuni b'diżabilità trid ukoll tiġi eżaminata. Id- DĠ ADMIN, f'kooperazzjoni mal-Grupp ta' bejn is-Servizzi dwar id-Diżabilità u ma' l-EPSO (u gruppi o ħra rilevanti), se tinvestiga d-diversi mezzi li bihom jista' jiżdied ir-reklutaġġ ta' persuni b'diżabilità. Barra minn hekk, dawn se jeżaminaw kif l-istatistika eżistenti u dik tal-ġejjieni dwar l-impjieg tal-persuni b'diżabilità fil-Kummissjoni tista' tkun aktar kredibbli u iktar aġġornata b'mod regolari, filwaqt li tirrispetta l-obbligi tar-Regolament Nru 45/2001.
  • B ħala parti mill-proċess ta' żvilupp ta' politika aktar viżibbli u attiva f'dan il-qasam, id-DĠ ADMIN, f'Jannar 2006, se jikkonsulta ma' l-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri, jekk hemm proċeduri, adottati fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom biex ikunu inkoraġġiti r-reklutaġġ u l-akkomodazzjoni ta' persuni b'diżabilità, bil-ħsieb li l-aħjar prattiċi eżistenti fl-Istati Membri jkunu stabbiliti u segwiti fi ħdan il-Kummissjoni.

Barra minn hekk, sabiex ikun evalwat il-progress, lejn l-a ħħar tas-sena 2006 se tkun ikkunsidrata l-kwistjoni li jitwettaq it-tieni st ħarriġ dwar id-diżabilità fl-2007-2008 . Skond dawn ir-riżultati, il-prijoritajiet ikunu jistg ħu jingħataw direzzjoni ġdida u jkunu jistgħu jiġu stabbiliti prijoritajiet ġodda.

  • It-trawwim ta' kuxjenza dwar id-diżabilità (5.4)

Il-mezz ewlieni g ħat-trawwim ta' kuxjenza u s-sensibilizzazzjoni tal-persunal dwar id-diżabilitajiet kienet il-pubbliċità miksuba bl-adozzjoni tal-Kodiċi ta' Prattika Tajba rivedut u bit-twettiq ta' l-istħarriġ fost il-ħaddiema kollha tal-Kummissjoni li kien jitratta l-kwistjonijiet marbuta mad-diżabilità. Iż-żewġ avvenimenti kienu reklamati b'mod qawwi. Ta' l-ewwel kienet reklamata fil-gazzetta interna ta' kull ġimgħa tal-Kummissjoni Ewropea, "Commission en Direct", li titqassam lill-persunal kollu, li hija disponibbli fuq l-intranet u li tagħha jiġu stampati aktar minn 50,000 kopja fost l-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE. Tat-tieni kienet reklamata permezz ta' avviż mid-Direttur-Ġenerali li kien indirizzat lill-ħaddiema kollha tal-Kummissjoni.

Il-pass li jmiss fil-proċess ta' trawwim ta' kuxjenza se jkun it-tixrid tar-riżultati ta' l-ist ħarriġ fuq l-intranet tal-Kummissjoni. Dan se jipprovdi informazzjoni fuq l-analiżi tat-tweġibiet, flimkien ma' l-azzjonijiet ta' segwitu ppjanati għall-2006.

Il- ħaddiema involuti fl-intervisti ta' l-għażla jew fit-taħriġ tal- "jury de concours" di ġà jirċievu taħriġ ta' trawwim ta' kuxjenza f'dan il-qasam u fil-bidu tas-sena 2006 se tkun disponibbli gwida prattika dwar il-prattika tajba fil-qasam tan-non-diskriminazzjoni (inkluż id-diżabilità), maħsuba għal min qed jitħarreġ fil-korsijiet u għall-maniġers li għandhom responsabbiltà fir-reklutaġġ għad-Direttorati-Ġenerali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tikkunsidra l-possibilità ta' azzjonijiet speċifiċi dwar is-sensibilizzazzjoni. Dawn jistgħu jsiru permezz ta' sessjonijiet ta' taħriġ jew permezz ta' l-organizzazzjoni ta' konferenza jew ta' seminar għall-persunal, fl-2006 jew fl-2007, li jikkoinċidu mal-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabilità li jsir ta' kull sena fit-3 ta' Diċembru. Dawn l-azzjonijiet se jkunu jiddependu fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji.

IV. Konklużjoni

Il-Kummissjoni adottat strateġija mifruxa, progressiva u pro-attiva g ħall-politika tagħha fir-rigward tal-persuni b'diżabilità. Ir-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, il-Kodiċi ta' Prattika Tajba rivedut u d-diversi servizzi pprovduti, iqisu l-bżonnijiet speċjali li persuni b'diżabilità jista' jkollhom fil-kuntatti tagħhom mal-Kummissjoni.

L-g ħan tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li l-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni jkun applikat għall-kuntatti kollha tagħha ma' persuni b'diżabilità u li tirrevedi b'mod regolari l-arranġamenti tagħha f'dan ir-rigward. Il-Kummissjoni se tkompli tikkonsulta mas-servizzi speċjalizzati tagħha u mar-rappreżentanti tal-persunal b'diżabilità, b'mod partikolari permezz tal-Grupp ta' bejn is-Servizzi dwar id-Diżabilità, biex tiżgura li l-għan jintlaħaq.

Lista ta' Annessi

Anness I: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timplimenta l-Artikolu 1d (4) tar-Regolamenti tal-Persunal

Anness II: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2003 dwar Kodiċi ta' Prattika Tajba rivedut g ħall-Impjieg ta' Persuni b'Diżabilità

Anness III: Il-linji ta' gwida proviżorji g ħall-implimentazzjoni ta' l-intestatura tal-baġit 'għajnuna supplimentari għal persuni b'diżabilità' li tikkonċerna l-flus tal-welfare allokati għal persuni b'diżabilità

Anness IV: Il-linji ta' gwida dwar il-kontribuzzjoni personali g ħall-ispejjeż marbuta mad-diżabilità

Anness V: Analiżi ta' l-ist ħarriġ tal-persunal dwar id-diżabilità


(1) Ir-R.R.U. huwa regolament reġjonali li japplika g ħat-territorju tar-Reġjun. L-għan tiegħu hu, fi ftit kliem, li jgħaqqad ir-regolamenti eżistenti fir-rigward ta' l-istandards ta' l-iżvilupp urban applikabbli għar-reġjun tal-Kapitali Brussell.

(2) C(2003) 4362 tat-18.11.2003.

(3) Il-postijiet ta' parkeġġ ta' barra huma suġġetti g ħall-ftehim u għax-xogħlijiet pubbliċi ta' l-awtoritajiet ta' Brussell.

(4) http://europa.eu.int/comm/ipg/index_en.htm.

(5) 25 Stat Membru, il-Kummissjoni, g ħaqdiet tal-ġenituri, l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (għal kwistjonijiet relatati ma' l-Iskola Ewropea fi Munich), rappreżentanti tal-persunal.

(6) L-impjieg totali ta' ħaddiema permanenti jew temporanji fil-Kummissjoni huwa ta' madwar 25,000 ruħ.