You have a complaint against an EU institution or body?

Informazzjoni dwar mistoqsijiet oħra ndirizzati lill-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2005 fil-kuntest ta’ l-inkjesta ta’ l-inizjattiva ta’ l-Ombudsman stess fl-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità (OI/3/2003)

Strasbourg, 28-10-2005

Fid-19 ta' Novembru 2003, l-Ombudsman informa lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tiegħu li jiftaħ inkjesta fis-suġġett ta' l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltajiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-persuni b'diżabbiltajiet ma ssirilhomx diskriminazzjoni fir-relazzjonijiet tagħhom ma' l-istituzzjoni. F'dak iż-żmien, l-Ombudsman staqsa lill-Kummissjoni sabiex tirraporta dwar (a) l-azzjonijiet li hija ħadet jew kellha l-intenzjoni li tieħu sabiex tiżgura li l-persuni b'diżabbiltajiet ma ssirilhomx diskriminazzjoni fir-relazzjonijiet tagħhom ma' l-istituzzjoni kif ukoll (b) l-iskeda tal-ħin għall-adozzjoni tagħhom.

Fit-3 ta' Marzu 2004, il-Kummissjoni bagħtet l-opinjoni tagħha, li mbagħad tpoġġiet fuq il-website ta' l-Ombudsman. Kopja ta' l-opinjoni tal-Kummissjoni ntbagħtet ukoll lill-ombudsmen nazzjonali kollha ta' l-UE fis-16 ta' Marzu 2004.

B'risposta għal dawn id-diversi azzjonijiet, l-Ombudsman irċieva total ta' 56 kontribuzzjoni mill-pubbliku, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-ombudsmen nazzjonali.

Sabiex jilħaq l-aspetattivi għolja li qajjmet din l-inizjattiva, l-Ombudsman iqis illi t-tħassib li wera l-pubbliku għandu jitressaq il-Kummissjoni permezz ta' djalogu miftuħ u trasparenti. Għaldaqstant l-Ombudsman staqsa lill-Kummissjoni għal aktar informazzjoni fir-rigward ta'dan li ġej:

1. Ix-xogħol:

* Il-kriterji jew il-linji gwida li għandhom ikunu mfissra mill-Kummissjoni sabiex tgħin lis-servizzi tagħha jiddeċiedu jekk miżura tavvanzax l-integrazzjoni tan-nies b'diżabbilità jew le titqies li timponi piż mhux proporzjonali, filwaqt li jittieħed kont illi l-Artikolu 1d.6 tar-Regolamenti ta' l-Istaff b'mod ċar jgħid illi kwalunkwe limitazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' l-ebda diskriminazzjoni għandu jkun iġġustifikat fuq raġunijiet objettivi u raġonevoli u għandu jkun immirat lejn objettivi leġittimi fl-interess ġenerali.

* Jekk is-servizzi tagħha għandhomx l-intenzjoni li jipproduċu kwalunkwe rapport ieħor jew le dwar l-aċċessibilità tal-proċeduri tar-reklutaġġ għall-kandidati b'diżabbiltajiet minbarra d-diżabbilità viżwali.

* Jekk hija tqis li twaqqaf rapporti perjodiċi jew le dwar l-iżvilupp tal-politika tar-reklutaġġ tagħha marbuta man-nies b'diżabbilitajiet, u jekk iva meta din il-miżura tista' tkun implimentata.

* Jekk is-servizzi tagħha jistgħux iqisu miżuri pożittivi sabiex javvanzaw ir-reklutaġġ tan-nies b'di ż abbilità jew le.

2. Aċċessibilità għall-bini tal-Kummissjoni:

* Jekk il-verżjoni l-ġdida mħabbra tad-dokument li fih l-istandards applikabbli għall-bini tal-Kummissjoni dwar l-aċċessibilità tan-nies b'diżabbilità ġiex adottat jew le, u jekk iva, x'inhuma l-punti prinċipali tad-dispożizzjonijiet tiegħu.

* Jekk kienx hemm kwalunkwe progress miksub fir-rigward tad-disponibbilità ta' spazji ta' l-ipparkjar riżervati għan-nies b'diżabbilità ġewwa jew viċin il-bini kollu tagħha.

3. Informazzjoni u komunikazzjoni:

* Kif għandha l-ħsieb li ttejjeb l-aċċessibilità ta' l-informazzjoni li hija tipproduċi għan-nies b'diżabbilità, mhux biss għal dawk b'diżabbilità viżwali, iżda ukoll għall-gruppi l-oħra ta' diżabbilità.

* Jekk tippjanax li twettaq stima regolari ta' l-aċċessibilità tal-websites tagħha għan-nies b'diżabbilità jew le, u jekk iva, kif għandha l-ħsieb li twettaq din l-inizjattiva.

* Pjanijiet li jkollha dokumenti ta' l-UE aċċessibbli permezz ta' forom alternattivi bħall-tipa kbira, forma awdjo u elettronika.

4. L-Iskejjel Ewropej:

* Kif il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel stima tar-riżultati tal-politika l-ġdida ta' l-Iskejjel Ewropej għall-integrazzjoni tat-tfal SEN u meta ser issir din l-istima.

5. Koordinazzjoni interna:

* Jekk l-ewwel analiżi tal-Kodiċi tal-Prattika Tajba rivedut tal-Kummissjoni li jikkorrispondi mas-sena 2004 ġiex analizzat jew le u jekk iva, x'konklużjonijiet għamlet il-Kummissjoni minnu u x'azzjoni tipproponi li tieħu bbażata fuq dawk il-konklużjonijiet.

* Jekk waqqfitx, jew għandhiex il-ħsieb li twaqqaf, korsijiet jew kampanji ta' nformazzjoni dwar l-għarfien fuq diżabilità għall-istaff tagħha.

L-Ombudsman staqsa lill-Kummissjoni sabiex tibgħatlu l-informazzjoni mitluba sal-31 ta' Jannar 2006 u sejjer jippubblika r-risposta tal-Kummissjoni fuq il-website tiegħu.