You have a complaint against an EU institution or body?

L-Ombudsman Ewropew tniedi konsultazzjoni pubblika dwar it-trasparenza tan-negozjati tas-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment (TTIP)

Grazzi ħafna tal-kontribut tiegħek għall-konsultazzjoni pubblika tal-Ombudsman Ewropew dwar it-trasparenza tan-negozjati tas-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP). Irċevejna iktar minn 300 tweġiba fl-indirizz tal-posta elettronika speċifiku għal din il-konsultazzjoni u iktar minn 6000 email b'kollox, inklużi domandi, ilmenti u kummenti. Bħalissa qed nanalizzawhom u biħsiebna nieħdu l-pass li jmiss fl-investigazzjoni tal-Ombudsman f'Jannar 2015. Tista' ssegwi l-iżviluppi hawnhekk.