• Make a complaint
  • Request for information
60th Rome Treaty anniversaryYour Europe - The portal to on-line European and national public services

Sommarju tad-deċiżjoni fil-każ 1130/2016/JAS dwar id-dikjarazzjoni konġunta li saret mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar it-twettiq ta' testijiet fuq l-annimali għal sustanzi użati fil-prodotti kożmetiċi

Available languages: bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.hr.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Case: 1130/2016/JAS
    Opened on 03 Oct 2016 - Decision on 21 Jul 2017
  • Institution(s) concerned: European Commission

Il-każ kien jikkonċerna dikjarazzjoni konġunta f'Ottubru 2014 mill-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) bil-kjarifika tal-fehim tagħhom dwar ir-relazzjoni bejn ir-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi li jipprojbixxi t-testijiet fuq l-annimali, u r-Regolament REACH li jippermetti t-testijiet fuq l-annimali ta' kimiki f'ċerti ċirkostanzi limitati biex jiġu vvalutati riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

L-ilmentatur, NGO għad-drittijiet tal-annimali bbażata fir-Renju Unit, ried li l-Kummissjoni u l-ECHA jirtiraw id-dikjarazzjoni konġunta. Huwa sostna li d-dikjarazzjoni konġunta hija l-kuntrarju tal-liġi tal-UE u b'mod partikolari kontra r-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi. Biex isostni l-argument tiegħu, huwa rrefera għal sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li nqatgħet wara li għamel l-ilment tiegħu mal-Ombudsman, li tittratta l-interpretazzjoni tal-projbizzjoni ta' testijiet fuq l-annimali tar-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi. L-ilmentatur sostna li l-Kummissjoni u l-ECHA ma' kellhomx id-dritt legali li joħorġu dikjarazzjoni konġunta. L-ilmentatur kompla jsostni li d-dikjarazzjoni konġunta tirriżulta f'ċerti kożmetiċi ttikkettati ħażin bħala "ħielsa minn testijiet fuq l-annimali". Il-Kummissjoni u l-ECHA rrifjutaw li jirtiraw id-dikjarazzjoni konġunta u l-ilmentatur mar għand l-Ombudsman.

L-Ombudsman investigat il-kwistjoni. Hi tal-fehma li mhux neċessarju għaliha li tieħu kwalunkwe pożizzjoni dwar it-tifsira siewja tas-sentenza tal-Qorti biex jissolva dan il-każ. Dan minħabba li d-dikjarazzjoni konġunta hi kkonċernata biss dwar kif jiġi interpretat u applikat ir-Regolament REACH fid-dawl tar-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi. Id-dikjarazzjoni konġunta m'għandhiex l-intenzjoni li tittratta l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi fid-dawl tar-Regolament REACH . L-Ombudsman tikkonkludi, għaldaqstant, li d-dikjarazzjoni konġunta mhijiex kontra r-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi jew b'mod aktar ġenerali kontra l-liġi tal-UE.

Fir-rigward tad-dritt tal-Kummissjoni u l-ECHA biex joħorġu d-dikjarazzjoni konġunta, minħabba li t-tnejn għandhom ir-responsabbiltà skont ir-Regolament REACH, l-Ombudsman hi tal-fehma li l-Kummissjoni u l-ECHA għandhom dan id-dritt. Finalment, ebda kjarifika tad-dikjarazzjoni konġunta mhija meħtieġa dwar it-tikkettar ta' kożmetiċi minħabba li din il-kwistjoni taqa' taħt ir-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi, u mhux taħt ir-Regolament REACH.