You have a complaint against an EU institution or body?

L-aċċessibilità tas-sit web tal-Ombudsman

Fis-27 ta' Lulju 2021, AnySurfer ivvalida għal din il-websajt il-livell ta' konformità AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibilità tal-Kontenut tal-Web 2.1 (WCAG 2.1 AA), ħlief għas-sottotitoli ta' vidjows.

Tixtieq issir taf aktar dwar AnySurfer?

Għamilna sforz kbir biex inżommu mal-linji gwida u l-istandards aċċettati ta' aċċessibilità u ta' użabilità. Iżda ma rnexxilniex nagħmlu hekk fil-partijiet kollha tas-sit web. Pereżempju, xi wħud mit-tabelli grafiċi mhumiex aċċessibbli. Jekk issib xi ħaġa li tinteressak, iżda li ma tidhirx aċċessibbli, jekk jogħġbok, ikkuntattjana permezz tad-dettalji tal-kuntatt li ssib fl-aħħar ta' din il-paġna, u se nagħmlu ħilitna biex nipproduċu verżjoni aċċessibbli.

Agħtina fehmtek

Qed inkomplu ntejbu l-karatteristiċi ta' aċċessibilità tas-sit web tagħna abbażi tar-rispons mill-utenti tagħna. Jekk tgħarrafna bl-esperjenza tiegħek, tkun qed tgħinna ntejbu aktar l-aċċessibilità tas-sit web tagħna.

Jekk jogħġbok, avżana jekk tħabbat wiċċek ma' kwalunkwe problema jew jekk issib xi wħud mill-karatteristiċi tagħna partikolarment utli.