- Export to PDF
- Get the short link of this page
- Share this page onTwitterFacebookLinkedin
Deċiżjoni fil-każ 3453/2005/GG - Nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni fuq ilment rigward id-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol.
Decision
Case 3453/2005/GG - Opened on Tuesday | 15 November 2005 - Recommendation on Tuesday | 12 September 2006 - Special report on Tuesday | 15 November 2005 - Decision on Friday | 14 September 2007
Fl-2001, tabib Ġermaniż ilmenta lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-allegat nuqqas mill-Ġermanja li tikkonforma mal-leġislazzjoni ta' l-UE dwar il-ħin tax-xogħol, b'mod partikolari rigward il-ħin li t-tobba jkunu on-call fl-isptarijiet. Ir-regoli relevanti ġew stabbiliti fid-Direttiva 93/104/KE, u baqgħu fis-seħħ sakemm din ta' l-aħħar ġiet sostitwita bid-Direttiva 2003/88. F'żewġ sentenzi li ngħataw fl-2000 u fl-2003, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddikjarat li l-ħin li wieħed jgħaddi on-call għandu jiġi kkunsidrat bħala ħin tax-xogħol fit-tifsira ta' dawn ir-regoli.
F'ilment li ġie ppreżentat lill-Ombudsman, f'Diċembru 2003 (ilment 2333/2003/GG), l-ilmentatur allega li l-Kummissjoni kienet naqset li titratta, f'perjodu ta' żmien xieraq, l-ilment dwar il-ksur tad-drittijiet tiegħu kontra l-Ġermanja. Wara li eżamina l-każ, l-Ombudsman ikkunsidra li l-allegazzjoni ta' l-ilmentatur kellha bażi tajba. Huwa nnota, iżda, li l-Ġermanja riċentement kienet introduċiet leġislazzjoni ġdida f'dan il-qasam, li l-Kummissjoni kienet għadha trid teżamina, u li l-Kummissjoni dehret li aċċettat li d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja kienu ċċaraw il-kwistjonijiet legali relevanti. Fuq il-preżunzjoni li l-Kummissjoni ma kinitx ser iddum aktar sabiex titratta l-ilment dwar il-ksur tad-drittijiet ta' l-ilmentatur, l-Ombudsman, għalhekk, għalaq l-inkjesta tiegħu.
F'Novembru 2005, l-ilmentatur reġa' mar għand l-Ombudsman. Fl-ilment il-ġdid tiegħu, (3453/2005/GG), l-ilmentatur essenzjalment irrepeta l-allegazzjoni li kien diġà ssottometta fl-ilment preċedenti tiegħu, skond liema il-Kummissjoni kienet naqset li titratta, f'perjodu ta' żmien xieraq, l-ilment dwar il-ksur tad-drittijiet tiegħu. L-Ombudsman iddeċida li jiftaħ inkjesta ġdida.
Fl-opinjoni tagħha, il-Kummissjoni nnutat li f'Settembru 2004, kienet issottomettiet lil-leġislatur tal-Komunità, proposta għall-emenda tad-Direttiva 2003/88. Il-Kummissjoni ndikat li kienet ser teżamina l-ilment dwar ksur ta' l-ilmentatur fid-dawl ta' din il-proposta u tad-diskussjonijiet kontinwi ma' l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità.
L-Ombudsman ħa l-pożizzjoni li s-sottomissjoni ta' proposta għall-emenda ta' direttiva ma kinitx tippermetti li l-Kummissjoni tittraskura l-obbligi tagħha li tassigura li d-direttiva eżistenti tiġi rispettata mill-Istati Membri. Huwa kkunsidra wkoll li d-diskrezzjoni mingħajr dubju tal-Kummissjoni, fi kwistjonijiet relatati mal-ksur allegat minn Stati Membri tal-liġi tal-Komunità, ma kinitx tintitolaha li tipposponi b'mod indefinittiv li tilħaq konklużjoni dwar ilment fuq il-bażi li l-liġi applikabbli tista' tiġi emendata f'xi żmien fil-futur.
Fit-12 ta' Settembru 2006, l-Ombudsman, għalhekk, indirizza abbozz ta' rakkomandazzjoni li kien iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex titratta l-ilment tal- ksur tad-drittijiet ta' l-ilmentatur b'mod diliġenti u malajr kemm jista' jkun.
Fl-opinjoni dettaljata tagħha, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha.
Fl-10 ta' Settembru 2007, l-Ombudsman, għalhekk, issottometta rapport speċjali lill-Parlament dwar dan il-każ.
Strasbourg, 14 September 2007
Dear Mr D.,
On 2 November 2005, you complained to me that the European Commission had failed to deal with your infringement complaint, which had been registered under reference 2002/4298, within an appropriate period of time.
On 10 September 2007, following an in-depth inquiry into your complaint, including a draft recommendation to the Commission, I submitted a special report to the European Parliament, in accordance with Article 3(7) of the Statute of the Ombudsman. The special report recommended that the Commission should deal with your infringement complaint as rapidly and as diligently as possible.
The Statute of the Ombudsman provides for the submission of a report to the European Parliament to be the final step in an inquiry by the Ombudsman.
I therefore close the file on the complaint.
The President of the Commission will also be informed of this decision.
Yours sincerely,
P. Nikiforos DIAMANDOUROS
- Export to PDF
- Get the short link of this page
- Share this page onTwitterFacebookLinkedin