Har du en klage over en EU-institution eller et EU-organ?

Fuljett ta’ tagħrif għan-negozji u għall-organizzazzjonijiet

Għajnuna sabiex issolvi problemi mal-amministrazzjoni tal-UE

Negozji, NGOs, assoċjazzjonijiet, universitajiet, ċentri ta’ riċerka, muniċipalitajiet, gruppi ta’ interess, u organizzazzjonijiet oħra jistgħu jressqu lment quddiem l-Ombudsman Ewropew dwar amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-UE.

Dwar xiex tista’ tressaq ilment?

Amministrazzjoni ħażina tfisser amministrazzjoni batuta jew falluta. Din tista’ sseħħ, pereżempju, fil-qafas ta’ proġetti jew ta’ programmi ffinanzjati mill-UE. Negozji u organizzazzjonijiet oħra huma wkoll ta’ spiss f’kuntatt dirett ma’ istituzzjonijiet tal-UE fil-kuntest ta’ sejħiet għall-offerti u kuntratti, parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ konsultazzjoni, attivitajiet ta’ lobbying, jew tentattivi biex jiksbu aċċess għal dokumenti importanti jew għal informazzjoni li tikkonċerna l-qasam ta’ attività tagħhom. Eżempji ta’ problemi li l-Ombudsman indirizza huma:

  • Pagamenti tardivi
  • Tilwim kuntrattwali
  • Problemi b’sejħiet għall-offerti
  • Nuqqas ta’ trasparenza/rifjut ta’ aċċess għal dokumenti
  • Dewmien bla bżonn
  • Ksur ta’ drittijiet fundamentali

Għaliex tressaq ilment?

L-Ombudsman għandu l-għan li jinstabu soluzzjonijiet bonarji li jissodisfaw kemm lill-persuna li tilmenta kif ukoll lill-istituzzjoni involuta. Huwa joffri servizzi mgħaġġla, flessibbli u mingħajr ħlas. F’ħafna sitwazzjonijiet, l-Ombudsman jipprovdi alternattiva utli għall-qrati.

Dwar xiex ma tistax tressaq ilment?

Il-mandat tal-Ombudsman Ewropew huwa limitat għall-istituzzjonijiet, il-korpi, u l-organi tal-UE. L-Ombudsman ma jistax jinvestiga lmenti kontra:

  • awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri, anki meta l-ilmenti jikkonċernaw kwistjonijiet tal-UE;
  • qrati jew ombudsmen nazzjonali;
  • negozji jew individwi privati.

Imma jekk tavviċinah bi problemi f’dawn l-oqsma, huwa sejjer jagħmel ħiltu biex jagħtik parir dwar fejn għandek tirrikorri.

Minn fejn tista’ tikseb aktar informazzjoni?

Jekk jogħġbok żur is-sit tal-Ombudsman (http://www.ombudsman.europa.eu) għal aktar informazzjoni, biex tressaq ilment, jew biex tikkuntattja lill-Uffiċċju tiegħu. Tista’ tressaq ilment fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.

Eżempji ta’ każijiet li ġew indirizzati mill- Ombudsman Ewropew

NGO tirċievi EUR 70 000 mill- Kummissjoni

L-Ombudsman għen biex isolvi tilwima bejn il-Kummissjoni Ewropea u NGO dwar proġett tal-UE mniedi bħala parti mid- ”Djalogu dwar il-Migrazzjoni Ewropea”. Wara verifika, il-Kummissjoni ħarġet ordni ta’ rkupru għal aktar minn EUR 130 000 minħabba li l-NGO ma kinitx ippreżentat fil-ħin dokumenti li setgħu jiġġustifikaw l-ispejjeż tal-persunal. Il-Kummissjoni eventwalment aċċettat proposta mill- Ombudsman għal soluzzjoni bonarja u ħalset lura EUR 70 000 lill-NGO.

Ilmenti dwar pagamenti tardivi

L-Ombudsman irċieva ħafna lmenti minn kumpaniji, ċentri ta’ riċerka, NGOs, universitajiet, u assoċjazzjonijiet oħra involuti fi proġetti u kuntratti ffinanzjati mill-UE dwar pagamenti tardivi mill- Kummissjoni. Wara investigazzjoni fuq inizjattiva tiegħu stess fl-2010 u wara konsultazzjoni pubblika dwar din il-kwistjoni, l-Ombudsman ikkonkluda li kemm l-għadd ta’ pagamenti tardivi kif ukoll l-ammonti totali ta’ flus affettwati minn dewmien kien naqas b’mod konsiderevoli fl-aħħar snin. Madankollu, sejjer ikompli jissorvelja s-sitwazzjoni.

Trasparenza mtejba fl-Aġenzija għall-Mediċini

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tapprova u tissorvelja mediċini li jitqiegħdu fis-suq tal-UE, bil-għan li tipproteġi s-saħħa pubblika. Tirċievi informazzjoni dwar suspetti ta’ reazzjonijiet avversi għal mediċini millawtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u minn kumpanniji farmaċewtiċi. F’bosta każijiet, l-Ombudsman irrakkomanda l-iżvelar ta’ rapporti dwar reazzjonijiet avversi, studji kliniċi, u rapporti dwar testijiet. L-EMA eventwalment adottat regoli mtejba ta’ trasparenza, inkluż dawk li jipprovdu għal aċċess ħafna usa’ għaddokumenti tagħha.

Ilment dwar proċedura anti-trust

Il-produttur tal-microchips Intel ressaq ilment quddiem l-Ombudsman fejn allega li l-Kummissjoni kienet naqset milli tieħu minuti ta’ laqgħa importanti li kienet tikkonċerna direttament l-investigazzjoni anti-trust tal-Kummissjoni fil-konfront ta’ Intel. L-Ombudsman ikkritika lill- Kummissjoni talli naqset milli ħadet nota xierqa ta’ dik il-laqgħa, u talli ma nkludietx l-aġenda tal-laqgħa fil-fajl talinvestigazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni b’hekk tejbet il-proċeduri ta’ investigazzjoni tagħha kif xieraq.

L-OLAF jagħti aċċess għal dokumenti

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, l-OLAF, fetaħ inkjesta dwar allegati ċertifikati Spanjoli foloz għallimportazzjoni tal-banana. Abbażi ta’ talba mill-OLAF, l-awtoritajiet doganali Belġjani fetħu investigazzjoni li kienet tinvolvi żewġ kumpanniji Belġjani. Il-kumpanniji rrikorrew għand l-Ombudsman wara li l-OLAF irrifjuta aċċess għal dokumenti dwar l-investigazzjoni tiegħu fl-allegata falsifikazzjoni. Eventwalment l-OLAF aċċetta l-proposta tal-Ombudsman għal soluzzjoni bonarja u rrilaxxa d-dokumenti.

Tilwima solvuta bejn il-Kummissjoni u assoċjazzjoni kulturali

L-Ombudsman għen lill-Kummissjoni biex issolvi tilwima dwar ħlas ma’ assoċjazzjoni kulturali Ġermaniża. Fil-bidu, il-Kummissjoni irrifjutat li tħallas is-somma pendenti ta’ EUR 6 000 għal wirja dwar 28 reġjun Ewropew, bl-argument li ma kinitx ġiet innotifikata kif xieraq dwar riallokazzjonijiet fil-baġit. Eventwalment aċċettat il-proposta tal-Ombudsman għal soluzzjoni bonarja u aċċettat li tħallas lill-assoċjazzjoni s-somma pendenti ta’ EUR 6 000, kif ukoll aktar minn EUR 1 500 bħala interessi.