Metodu ta’ kalkolazzjoni tas-salarji bażiċi u l-fattur ta’ multiplikazzjoni applikabbli għal uffiċjali rreklutati qabel l-1 ta’ Mejju 2004 u promossi wara dik id-data

Dostupné jazyky :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Prípad :  1329/2010/MF
    Otvorené dňa 1.9.2010 - Rozhodnutie z dňa 10.11.2011
  • Dotknutá inštitúcia (Dotknuté inštitúcie) :  Európsky parlament
  • Oblasť (Oblasti) práva :  Všeobecné ustanovenia, finančné a inštitucionálne otázky
  • Typy údajného nesprávneho úradného postupu – (i) porušenie predpisov alebo (ii) porušenie povinností, ktoré sa týkajú :  Spravodlivosť [Článok 11 EKDSP]
  • Predmet(y) :  Správa a služobný poriadok
Hand calculate on white background
Autor:
Autorské práva: Stocklib © Ivan Mikhaylov

Sommarju ta’ deċiżjoni dwar l-ilment 1329/2010/MF kontra l-Parlament Ewropew (kunfidenzjali)

Fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Regolamenti tal-Persunal għal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (‘Ir-Regolamenti tal-Persunal’) introduċew struttura ġdida ta’ karrieri u skali ġodda ta’ salarji. Id-dispożizzjonijiet tranżitorji kienu jinkludu "fattur ta’ multiplikazzjoni" ('FM') sabiex jistabbilixxi l-proporzjon tal-iskala ġdida ta’ salarji li kellu jitħallas lil kull uffiċjal irreklutat qabel l-1 ta’ Mejju 2004 u promossi wara din id-data.

Il-kwerelant, uffiċjal tal-Parlament, allega li l-Parlament uża metodu ta’ kalkolazzjoni tas-salarju tiegħu li kien differenti mill-metodu użat mill-Kummissjoni Ewropea u mill-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha tal-UE.

Fl-opinjoni tiegħu dwar l-ilment, il-Parlament sostna li l-metodu ta’ kalkolazzjoni tiegħu kien xieraq u ma kienx ikkontestat minn xi dispożizzjoni legali jew minn xi każistika tal-Qrati tal-UE. Huwa kompla jgħid li minkejja l-metodu ta’ kalkolazzjoni differenti tiegħu, id-differenzi bejn is-salarji tal-uffiċjali tal-Parlament u s-salarji ta’ uffiċjali oħrajn tal-UE kienu minimi.

L-Ombudsman qabel li l-metodu ta’ kalkolazzjoni tal-Parlament ma kienx ibbażat fuq interpretazzjoni manifestament żbaljata tad-dispożizzjoni rilevanti. Madankollu, huwa rrimarka li l-prinċipju tal-unità tas-Servizz Ċivili Ewropew jimplika li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jinterpretaw u japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal b’mod konsistenti. Għalhekk, kienet sfortuna li l-istituzzjonijiet tal-UE ma setgħux japplikaw approċċ komuni dwar il-metodu li jintuża sabiex jiġu kkalkolati s-salarji tal-uffiċjali wara l-promozzjoni, minkejja l-eżistenza ta’ diversi korpi interistituzzjonali, li nħoloq bl-intenzjoni preċiża li jiżgura l-applikazzjoni uniformi tar-Regolamenti tal-Persunal. Huwa sab ukoll li l-metodi differenti tal-kalkolazzjoni wasslu għal differenzi fis-salarji li ma kinux aċċettabbli u li, kuntrarju għall-fehma tal-Parlament, ma setgħux jitqiesu bħala minimi.

L-Ombudsman għalaq il-każ bis-suġġeriment li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jaqblu dwar metodoloġija komuni sabiex jiġu kkalkolati s-salarji bażiċi ġodda tal-uffiċjali wara l-promozzjoni u sabiex jitwaqqaf it-trattament differenzjali li identifikat l-inkjesta preżenti. L-Ombudsman issuġġerixxa wkoll li qabel ir-reviżjoni li jmiss tar-Regolamenti tal-Persunal, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jimplimentaw mekkaniżmu sabiex jidentifikaw id-diffikultajiet tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet riveduti u jilħqu pożizzjoni komuni fi stadju bikri biżżejjed sabiex jiġu evitati d-diverġenzi li jeżistu fil-prattika.