Talbiet biex jiġu sostitwiti d-deċiżjonijiet

limbi disponibile :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Caz :  OI/4/2010/(ELB)FOR
    Deschis la 22.03.2010 - Decizie din 30.11.2011, 30.11.2011, 30.11.2011
  • Instituţia (instituţiile) în cauză :  Consiliul Uniunii Europene
  • Domeniul (domeniile) juridic (juridice) :  Probleme generale, financiare şi instituţionale
  • Tipuri de presupusă administrare defectuoasă – (i) încălcarea sau (ii) încălcarea obligaţiilor privind :  Óbligaţia de diligenţă
  • Subiectul (subiectele) :  Administraţie şi Statutul funcţionarilor
Judges wooden gavel
Autor:
drepturi de autor: Stocklib © Sebastian Duda

Sommarju tad-deċiżjoni fuq inizjattiva proprja OI/4/2010/ELB li tikkonċerna l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni Ewropea

L-investigazzjoni kienet tikkonċerna l-mod li bih l-istituzzjonijiet tal-UE jittrattaw it-talbiet ippreżentati skont ir-Regolament dwar il-Persunal, biex jissostitwixxu d-deċiżjonijiet li huma inkompatibbli mal-ġurisprudenza evolventi. L-Ombudsman staqsa lill-Parlament, lill-Kunsill, u lill-Kummissjoni jekk ikunux jistgħu jissostitwixxu l-atti amministrattivi li kienu adottaw preċedentement (u li kienu mifhuma bħala li jorbtu legalment taħt il-ġurisprudenza applikabbli meta ġew adottati), sabiex tiġi assigurata l-konformità tagħhom mal-ġurisprudenza evolventi. Staqsihom ukoll jekk huma jaqblux dwar il-fatt li uffiċjal għandu d-dritt li jippreżenta talba li fiha jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jissostitwixxu deċiżjoni preċedenti b’deċiżjoni ġdida, li tqis il-ġurisprudenza evolventi.

L-istituzzjonijiet kienu tal-fehma li ma kellhom l-ebda obbligu li jirrevedu d-deċiżjonijiet minħabba l-ġurisprudenza evolventi. Huma argumentaw li jekk deċiżjoni ma tkunx ikkontestata fit-terminu ta’ żmien legali, din issir definittiva. Huma żiedu li l-effetti ta’ deċiżjoni tal-qorti huma limitati għall-partijiet fil-kawża. Huma japplikaw deċiżjoni tal-qorti għal partijiet oħra f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss.

L-Ombudsman irrikonoxxa li deċiżjoni li ma tkunx ġiet ikkontestata fit-terminu ta’ żmien legali għal stħarriġ ġudizzjarju, din issir definittiva. Huwa kompla jgħid li, l-obbligu legali li tiġi ttratta talba biex tittieħed deċiżjoni ġdida jeżisti biss jekk ikun hemm fatt sostanzjali ġdid. Madankollu, billi tuża l-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha, istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li tikkunsidra talba biex tieħu deċiżjoni ġdida. Barra minn hekk, l-istituzzjoni tista’ tiddeċiedi wkoll li d-deċiżjoni ġdida ma jkollha l-ebda effett retroattiv, iżda tapplika biss fir-rigward tal-futur. F’konformità mal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, istituzzjoni għandha tislet il-konklużjonijiet raġonevoli kollha mid-deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Unjoni. Huwa kkonkluda li istituzzjoni mhijiex imċaħħda milli tagħżel li tirrevedi talba minn uffiċjal biex tissostitwixxi deċiżjoni definittiva b’deċiżjoni ġdida li tqis b’mod xieraq il-ġurisprudenza evolventi. Istituzzjoni għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha meta teżerċita dawn il-poteri ta’ diskrezzjoni estensivi. Huwa għalaq l-investigazzjoni tiegħu b’rimarka ulterjuri.