P. Nikiforos Diamandouros

L-Ombudsman Ewropew

Editorjal

Bi pjaċir kbir nilqgħek fis-sit elettroniku tal-Ombudsman Ewropew! Probabbli nnutajt li s-sit elettroniku ħa xejra ġdida! L-Ombudsman nieda identità viżiva ġdida fis-27 ta’ Settembru 2010. It-tnedija ħabtet mal-ħmistax anniversarju tal-istituzzjoni. Dakinhar stess, l-Ombudsman ippreżenta wkoll l-istrateġija tiegħu għall-mandat 2009-2014, liema strateġija tenfasizza sett ta’ objettivi u prijoritajiet imfassla biex jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ, u biex itejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni tal-UE. L-istrateġija hija disponibbli fis-sezzjoni “Riżorsi” ta’ dan is-sit elettroniku.

L-għan ta’ dan is-sit hu li jagħtik informazzjoni ċara, konċiża u faċli biex tifhem x’jista’ jagħmel għalik l-Ombudsman Ewropew. Barra minn hekk, tista’ tiskopri x’kiseb l-Ombudsman s’issa, u kif tressaq ilment. Is-sit elettroniku jiġi aġġornat regolarment bi stqarrijiet għall-istampa, dettalji tal-avvenimenti li ġejjin, pubblikazzjonijiet u sommarji tal-każijiet.

Is-sit elettroniku fih ukoll gwida interattiva bit-23 lingwa uffiċjali kollha tal-UE. Fi kwalunkwe jum partikolari, numru kbir ta’ ċittadini jirċievu pariri permezz tal-gwida. Il-gwida tgħinek tidentifika malajr l-aktar korp adegwat li għandek tirreferi għalih jekk tixtieq tressaq ilment. Dan is-servizz jidher li hu partikolarment utli għaċ-ċittadini, għall-impriżi u għal organizzazzjonijiet oħra fl-Ewropa kollha. Mill-5 ta’ Jannar 2011, jiġifieri t-tieni anniversarju tat-tnedija tal-gwida interattiva, aktar minn 45 000 persuna għamlu użu minn dan is-servizz.

Anki jekk ma tixtieqx tressaq ilment, jista’ jkun li tkun interessat li ssir taf aktar dwar ix-xogħol tal-Ombudsman li jżomm lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE responsabbli. It-taqsima “Każijiet” fuq is-sit elettroniku tippermettilek tfittex fid-deċiżjonijiet, fl-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet u fir-rapporti speċjali, kif ukoll fis-sommarji tal-każijiet kollha tal-Ombudsman.

Nittama li dan is-sit elettroniku jkompli jkun riżorsa imprezzabbli għal dawk kollha li jsegwu x-xogħol tal-Ombudsman. Nittama li tieħu pjaċir iżżur is-sit u jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tibgħat il-kummenti u s-suġġerimenti li tixtieq tagħmel.

Tislijiet,

P. Nikiforos Diamandouros

L-Ombudsman Ewropew jinvestiga lmenti dwar amministrazzjoni ħazina fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea.

Jekk inti ċittadin ta' Stat Membru ta' l-Unjoni jew tgħix fi Stat Membru, tista' tressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew. L-impriżi, l-assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn b'sede prinċipali fl-Unjoni wkoll jistgħu jressqu lment quddiem l-Ombudsman.

Każijiet miftuħa

16 ta’ Frar 2012 :  The composition of the European Group on Ethics in Science and New Technologies

1) The Commission failed to ensure that the EGE, in its current composition, is an independent and pluralist body.

2) The Commission failed to provide a satisfactory explanation as to why theology is considered as one of the relevant disciplines for membership of the EGE whereas philosophy is not.

1) The Commission should overhaul the composition of the EGE in order to ensure that it is a truly independent and pluralist body.

2) The Commission should ensure that the criteria used to appoint the members of the EGE are not discriminatory and do not lead to the over-representation of specific religious groups, or religious groups in general.

Għal aktar tagħrif ...

9 ta’ Frar 2012 :  Handling of a complaint concerning allegedly unlawful State Aid
6 ta’ Frar 2012 :  Handling of the complainant's request for access to documents
Każijiet kollha miftuħa

Sommarji tal-għeluq ta` każijiet

Rifjut li tiġi pprovduta informazzjoni dwar intitolamenti tal-pensjoni (Miżjuda:22 ta’ Frar 2012)

Sommarju ta’ deċiżjoni dwar l-ilment 1711/2010/BEH kontra l-Kummissjoni Ewropea

L-ilment ġie ppreżentat minn avukat li kien qiegħed jaġixxi f’isem is-Sur B, li kien membru tal-persunal temporanju tal-Kummissjoni Ewropea mill-1989 sal-1994. Bil-kontribuzzjonijiet li ħallas, is-Sur B kiseb intitolamenti għal pensjoni mill-iskema tal-pensjonijiet tal-UE. Minħabba li s-Sur B telaq mill-Kummissjoni qabel serva għal minimu ta’ 10 snin, huwa tilef id-dritt tiegħu li jirċievi pensjoni mill-iskema tal-pensjonijiet tal-UE iżda, mat-terminazzjoni tas-servizz, huwa rċieva għotja ta’ tmiem ta’ impjieg. Meta wieħed iqis li l-għotja kienet tikkonsisti minn ammonti differenti, f’Marzu 2010 il-kwerelant irrefera għall-Kummissjoni u talabha tindika l-ammont tal-intitolamenti tal-pensjoni miksuba mis-Sur B waqt li kien qiegħed jaħdem mal-Kummissjoni. B’reazzjoni għal dan, il-Kummissjoni rreferiet lill-kwerelant għal sentenza tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili dwar is-Sur B u qalet li ma setgħetx tiġi pprovduta aktar informazzjoni.

Għal aktar tagħrif ...

Talba għal rimborż minn università (Miżjuda:20 ta’ Frar 2012)
Rifjut għall-għoti ta’ aċċess għal dokument dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja (Miżjuda:15 ta’ Frar 2012)
Sommari kollha..

Stqarrijiet għall-istampa

24 ta’ Jannar 2012 :  Ombudsman achieves friendly solution: NGO receives EUR 70 000 from the Commission

The European Ombudsman, P. Nikiforos Diamandouros, has helped settle a dispute between the European Commission and the NGO Migration Policy Group (MPG) concerning an EU project launched as part of the "European Migration Dialogue". After an audit, the Commission issued a recovery order for more than EUR 130 000 because MPG had delivered too late supporting documents for staff costs. The Commission eventually accepted a friendly solution proposal from the Ombudsman and refunded EUR 70 000 to the NGO.

Mr Diamandouros commented: "I very much welcome the Commission's positive reply to my friendly solution proposal. Friendly solutions are an excellent tool to achieve win-win outcomes for both complainants and the EU institutions concerned and should be used as often as possible whenever conflicts arise in EU projects or programmes."

Għal aktar tagħrif ...

12 ta’ Jannar 2012 :  Ombudsman: Commission needs to review the "Early Warning System"
5 ta’ Jannar 2012 :  Ombudsman welcomes release of adverse reaction reports by European Medicines Agency
Stqarrijiet għall-istampa kollha