Allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ proċedura tal-għażla b’mod ġust u xieraq

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Każ :  0328/2011/TN
    Miftuħa fil- 23 Mar 2011 - Deċiżjoni fil- 18 Apr 2012
  • Istituzzjoni(jiet) konċernata(i) :  Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
  • Qasam(Oqsma) tal-liġi :  Kwistjonijiet ġenerali, finanzjarji u istituzzjonali
  • Tipi ta' amministrazzjoni ħażina allegata – (i) ksur ta', jew (ii) ksur ta' dmirijiet relatati ma' :  Ekwità [Artiklu 11 KEMAT],Żmien raġonevoli għat-teħid ta' deċiżjonijiet [Artiklu 17 KEMAT],Notifika tad-deċiżjoni [Artiklu 20 KEMAT],Dmir ta` kura
  • Materja(i) tas-suġġett :  Kompetizzjonijiet u proċeduri tal-għażla (inklużi apprendistati)
3D rendering of happy man and sad men
Awtur: Yotakarn Saelee
Drittijiet ta` l-awtur: Stocklib © Yotakarn Saelee

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 328/2011/TN kontra ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

L-ilment jikkonċerna proċedura tal-għażla għar-reklutaġġ ta’ Assistent Finanzjarju (Aġent Kuntrattwali) miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ('ECDC'), li ħa sehem fiha l-kwerelant.

Fl-ilment tiegħu lill-Ombudsman Ewropew, il-kwerelant allega li l-ECDC naqas milli jwettaq il-proċedura tal-għażla b’mod ġust u xieraq.

L-Ombudsman identifika numru ta’ nuqqasijiet fil-proċedura tal-ECDC. L-ewwel nett, il-Kumitat tal-Għażla iddeċieda b’mod żbaljat li ma jiħux f’kunsiderazzoni test rilevanti bil-miktub. It-tieni, il-kundizzjoni li l-kandidati kellhom iġibu punteġġ minimu ta’ 70% qatt ma kienet ġiet ikkomunikata lill-kandidati. L-Ombudsman sab ukoll li l-ECDC naqas milli jgħarraf kif xieraq lill-kandidati bir-riżultat tal-proċedura ta’ reklutaġġ. Fuq il-bażi tas-sejbiet tiegħu, l-Ombudsman għamel proposta għal soluzzjoni amikevoli, u ssuġġerixxa passi li l-ECDC jista' jieħu sabiex jirrimedja l-affarijiet, kemm fir-rigward tal-proċedura ta’ reklutaġġ preżenti u proċeduri futuri bħal dawn.

L-Ombudsman ħa nota u faħħar l-approċċ ġeneralment pożittiv tal-ECDC għall-proposta amikevoli tiegħu. Għaldaqstant, għalaq il-każ b’sejba li ma kienu ġġustifikati l-ebda inkjesti oħrajn. Għamel xi suġġerimenti għal titjib ulterjuri wkoll.