Tweġibiet b’ton indifferenti lil ċittadin ordinarju

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Każ :  0808/2011/MHZ
    Miftuħa fil- 19 Mej 2011 - Deċiżjoni fil- 27 Mar 2012, 27 Mar 2012
  • Istituzzjoni(jiet) konċernata(i) :  Kunsill Ewropew
  • Qasam(Oqsma) tal-liġi :  Kwistjonijiet ġenerali, finanzjarji u istituzzjonali
  • Tipi ta' amministrazzjoni ħażina allegata – (i) ksur ta', jew (ii) ksur ta' dmirijiet relatati ma' :  Talbiet għal informazzjoni [Artiklu 22 KEMAT]
  • Materja(i) tas-suġġett :  L-indirizzar tat-talbiet għall-informazzjoni u għall-aċċess għad-dokumenti (trasparenza)
Trust
Awtur: Mongkol Chakritthakool
Drittijiet ta` l-awtur: Copyright: © mongkol chakritthakool

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 808/2011/MHZ kontra l-Kunsill Ewropew

Il-kwerelant, ċittadin Pollakk, intebaħ li waqt li kien fuq btala l-President tal-Kunsill Ewropew uża karozzi tas-servizz biex jivvjaġġa minn Brussell lejn ajruport Franċiż u lura, flimkien mal-familja. Talab lill-Kunsill Ewropew iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet u kopja tar-regoli relevanti dwar l-użu ta’ karozzi tas-servizz għal skopijiet personali. Peress li t-tweġibiet tal-Kunsill Ewropew kellhom ton indifferenti u l-mistoqsijiet tal-kwerelant ġew sempliċiment injorati, huwa talab l-għajnuna tal-Ombudsman Ewropew.

L-opinjoni dwar l-ilment tressqet mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE, li jassisti lill-Kunsill Ewropew. Is-Segretarjat Ġenerali hemeż kopja tat-tweġiba tal-Kunsill Ewropew għal mistoqsijiet parlamentari li kienu ferm simili għall-mistoqsijiet tal-kwerelant. F’din it-tweġiba, ġew proposti r-regoli relevanti.

L-Ombudsman sab li t-tweġibiet tal-Kunsill Ewropew lill-kwerelant ma kinux xierqa.  Ma setax jifhem għaliex il-Kunsill Ewropew ma tax lill-kwerelant l-istess tweġiba jew waħda simili bħal dik li ngħatat lill-MPE relevanti. Għaldaqstant għamel proposta ta’ soluzzjoni amikevoli li fiha ssuġġerixxa li l-Kunsill Ewropew jitlob apoloġija lill-kwerelant. Il-Kunsill Ewropew għamel dan. L-Ombudsman faħħar lill-Kunsill talli talab apoloġija lil ċittadin ‘ordinarju’ li rari kellu l-opportunità jidħol f’kuntatt mal-istituzzjonijiet Ewropej u li xorta waħda dar fuq il-Kunsill Ewropew biex isemma’ leħnu. L-Ombudsman ikkonkluda li din l-apoloġija sinċiera tikkostitwixxi l-aħjar eżempju tal-amministrazzjoni tal-UE li turi rispett lejn iċ-ċittadini. Ġibed l-attenzjoni fuq il-fatt li, mingħajr dan ir-rispett, id-distanza bejn l-UE u ċ-ċittadini tagħha ma tistax tonqos. Għalaq il-każ hekk kif ġie solvut mill-Kunsill Ewropew.