Ombudsman Ewropew
Dokumenti relatati
Sommarju: tad-deċiżjoni fuq l-ilment 2501/2009/(MF)RT kontra l-Parlament Ewropew
L-ilmentatur huwa uffiċjal tal-Parlament Ewropew. Fl- 2008, l-uffiċjal sar missier ta’ tewmin. Minħabba li r-Regolamenti tal-Persunal jistipulaw li uffiċjal għandu dritt għal għaxart ijiem liv speċjali meta titwieled tarbija, huwa kkonsidra li kien intitolat għal 20 jum liv speċjali wara t-twelid tat-tewmin. Huwa saħaq li l-Qorti tal-Ġustizzja timxi b’dan il-mod f’ċirkostanzi bħal dawn. Fid-deċiżjoni tiegħu li jtih 12-il jum, il-Parlament invoka r-regoli interni. L-ilmentatur ma kienx sodisfatt u rrikorra għand l-Ombudsman. Huwa allega li d-deċiżjoni tal-Parlament li tagħtih biss jumejn liv speċjali għat-twelid tat-tieni wild tiegħu, hija inġustizzja. Huwa saħaq li l-Parlament għandu jtih 20 jum speċjali liv.
Fil-fehma tiegħu, il-Parlament fil-qosor spjega li, ir-Regolamenti tal-Persuna ma jistipulawx regola speċifika rigward il-liv speċjali għall-missirijiet f’każ tat-twelid ta’ aktar minn tarbija waħda. Għaldaqstant, il-Parlament estenda il-liv speċjali tal-'paternità' b’20%, jiġifieri, għal total ta’ 12-il jum, permezz ta’ analoġija mad-dispożizzjonijiet relatati mal-liv tal-maternità. Barra minn hekk, u bħala sostenn tal-fehma tal-Parlament, il-Parlament qal li ma kien hemm ebda ftehim ta’ prassi amministrattiva unitarja fost l-Istituzzjonijiet tal-UE rigward in-numru ta’ jiem ta’ liv speċjali f’każ ta’ twelid ta’ aktar minn tarbija waħda.
L-Ombudsman ikkonsidra li d-deċiżjoni tal-Parlament li jirrifjuta li jibdel il-prassi eżistenti tal-għoti ta’ 12-il jum liv speċjali lill-uffiċjali li jsiru missirijiet ta’ tewmin ma’ prassi ġdida li tintitola din il-kategorija ta’ missirijiet għal għaxar jiem extra bħala mhux ġustifikata. Huwa kien tal-fehma li l-liv tal-maternità għandu skop differenti minn dak mogħti bħala liv speċjali lill-missirijiet. Il-liv tal-maternità huwa intiż għal uffiċjali nisa li welldu jew għad iridu jwelldu, u jippermetti lill-ommijiet jieħdu ħsieb uliedhom matul l-ewwel erba’ xhur ta’ ħajja. Il-liv speċjali huwa intiż biex jippermetti uffiċjal li jsir missier biex jassisti lill-omm ta’ibnu/uliedu matul il-liv tal-maternità tal-omm. Fl-aħħar nett, irrimarka li n-nuqqas ta’ approċċ komuni ma jippermettix lill-Parlament milli jibdel ir-regoli attwali meta jidhirlu fil-futur.
L-Ombudsman inizjalment indirizza proposta għal soluzzjon amikevoli lill-Parlament u, mbagħad bagħat abbozz ta’ rakkomandazzjoni.
Il-Parlament irrifjuta kemm il-proposta għal soluzzjoni amikevoli kif ukoll l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-Ombudsman għalaq il-każ b’rimarka kritika.