Kanċellazzjoni tal-promozzjoni ta’ uffiċjal li ġie ssekondat u sussegwentement trasferit

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

Dokumenti relatati

Climbing
Awtur:
Drittijiet ta` l-awtur: Stocklib ©

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 683/2010/(KRK)OV kontra l-Kummissjoni Ewropea

L-ilment jirrigwarda tilwima tal-persunal dwar promozzjoni. L-ilmentatur kien “issekondat” mill-Kunsill tal-UE lill-Kummissjoni fl-2004. Madankollu, minħabba żball tal-informatika, il-Kummissjoni ttrattatu bħallikieku kien “uffiċjal trasferit”. F’Diċembru 2008, il-Kummissjoni tat promozzjoni lill-ilmentatur. Madankollu, meta din innutat li l-promozzjoni kienet ibbażata fuq punti ta’ promozzjoni akkumulati mill-ilmentatur bħala “uffiċjal issekondat” u mhux bħala “uffiċjal trasferit”, il-promozzjoni ġiet ikkanċellata. (Bħala “uffiċjal issekondat” huwa jibqa’, għal finijiet ta’ promozzjoni, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, filwaqt li bħala “uffiċjal trasferit”, huwa jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni). Fl-ilment tiegħu lill-Ombudsman, l-ilmentatur allega li l-Kummissjoni kienet aġixxiet ħażin meta kkanċellat il-promozzjoni tiegħu.

L-Ombudsman għamel proposta għal soluzzjoni bonarja lill-Kummissjoni li tikkunsidra mill-ġdid il-kanċellazzjoni tal-promozzjoni tal-ilmentatur. Il-Kummissjoni qablet li l-iżball tal-informatika kien il-bażi tal-ilment u li hija setgħet ittrattat it-talba tal-ilmentatur għal trasferiment aktar malajr. Il-Kummissjoni għalhekk ipproponiet li tippromwovi lill-ilmentatur. B’hekk instabet soluzzjoni bonarja u l-Ombudsman għalaq il-każ.