Ir-responsabilità tal-uffiċjali tal-proġetti tal-Kummissjoni fil-ġestjoni ta’ proġett sponsorjat mill-UE

Lingwi disponibbli :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Każ :  3373/2008/(BB)(BU)JF
    Miftuħa fil- 22 Diċ 2008 - Abozz ta` Rakkomandazzjoni fil- 20 Set 2010 - Deċiżjoni fil- 30 Jan 2012, 30 Jan 2012
  • Istituzzjoni(jiet) konċernata(i) :  Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
  • Qasam(Oqsma) tal-liġi :  Kwistjonijiet ġenerali, finanzjarji u istituzzjonali,Xjenza, informazzjoni, edukazzjoni u kultura
  • Tipi ta' amministrazzjoni ħażina allegata – (i) ksur ta', jew (ii) ksur ta' dmirijiet relatati ma' :  Stennija leġittima, koerenza u konsulenza [Artiklu 10 KEMAT],Ekwità [Artiklu 11 KEMAT]
  • Materja(i) tas-suġġett :  Aġġudikazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti u għotjiet
1470220
1470220
Awtur:
Drittijiet ta` l-awtur: Stocklib © Radek Detinsky

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 3373/2008/(BB)(BU)JF kontra l-Kummissjoni Ewropea

Il-kwerelanta, organizzazzjoni xjentifika Franċiża mingħajr skop ta’ qligħ, irnexxilha twettaq tliet proġetti sponsorjati mill-Kummissjoni f’dik li kienet l-Unjoni Sovjetika. Madankollu, verifika esterna mwettqa wara fil-bini tal-kwerelanta u kumpanija f’Moska skopriet li l-arranġament li sar bejn il-kwerelanta u kumpanija f’Moska rigward il-ħlas tal-persunal kien imur kontra r-regoli applikabbli. Il-kwerelanta ammettiet l-iżball tagħha u spjegat li sar minħabba l-fehim limitat tagħha ta’ kwistjonijiet legali. Madankollu, argumentat li hi minn dejjem għarrfet bil-prattiki tagħha lill-uffiċjal tal-proġett tal-Kummissjoni, li diparti tiegħu kien attenda għadd ta’ avvenimenti organizzati b’rabta mal-proġett. Għaldaqstant l-uffiċjal tal-proġett kien jaf li l-kwerelanta ma kellha l-ebda impjegati tagħha stess (peress li l-membri tal-persunal tagħha kienu kollha nies volontarji) u li mingħajr l-arranġament li jinvolvi lill-kumpanija f’Moska kien ikun impossibbli jirnexxilha tlesti l-proġetti.

L-ewwel, l-Ombudsman għamel proposta għal soluzzjoni bonarja u aktar tard ħejja abbozz ta’ rakkomandazzjoni, li fihom talab lill-Kummissjoni tirrinunzja għat-talba tagħha ta’ rimborż. Il-Kummissjoni ċaħdet milli tagħmel dan. Imbagħad l-Ombudsman enfasizza li, meta jaffaċċjaw is-silenzju tal-uffiċjali tal-proġetti rigward l-azzjonijiet tagħhom li jikkonċernaw il-proġetti li jwettqu, l-organizzazzjonijiet bħall-kwerelanta jistgħu raġonevolment jiġu mqarrqa għax jaħsbu li qegħdin jaġixxu skont ir-regoli applikabbli. Meta dan ma jkunx il-każ, u ladarba l-uffiċjali tal-proġetti jsiru jafu dwar dawn l-azzjonijiet, għandhom jieħdu azzjoni preventiva u meta jonqsu milli jagħmlu dan, għandu jkun possibbli li jiġu soġġetti għal miżuri dixxiplinarji. Peress li dik imsemmija qabel qajmet kwisjoni ta’ prinċipju importanti, l-Ombudsman qies li seta’ jkun ġustifikat rapport speċjali lill-Parlament Ewropew. Madankollu, iddeċieda li ma jindirizzax rapport bħal dak lill-Parlament qabel ma jwettaq inkjesta speċifika fuq inizjattiva tiegħu stess f’ċertu aspetti tal-imġiba tal-Kummissjoni meta tittratta l-proġetti li tiffinanzja. Għaldaqstant, għarraf lill-Kummissjoni li kien qiegħed jikkunsidra jiftaħ inkjesta fuq inizjattiva tiegħu stess u għalaq il-każ b’sejba ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Kummissjoni għall-irkupru sproporzjonat u inġust tagħha ta’ ċerti somom mill-kwerelanta.