In-Netwerk Ewropew ta’ l-Ombudsmen

In-Netwerk tal-Ombudsmen Ewropej jikkonsisti minn aktar minn 90 uffiċċju fi 32 pajjiżi Ewropej. In-Netwerk ikopri l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u korpi simili tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-pajjiżi kandidati għall-sħubija fl-UE, u ċerti pajjiżi Ewropej oħrajn, kif ukoll l-Ombudsman Ewropew u l-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlement Ewropew. Kull wieħed mill-ombudsmen nazzjonali u korpi simili li qegħdin fin-Netwerk ħatru uffiċjal tal-komunikazzjoni biex ikun il-punt ta’ kuntatt għal membri oħra tan-Netwerk.
In-Netwerk twaqqaf fl-1996 u żviluppa b’mod stabbli f’għodda ta’ kollaborazzjoni qawwija għall-ombudsmen u l-personal tagħhom, li jservi ta’ mekkaniżmu effettiv għall-kooperazzjoni fit-trattament tal-każijiet. Huwa ta’ importanza partikolari għall- Ombudsman Ewropew għax jgħinu biex jittratta malajr u b’mod effettiv l-ilmenti li mhumiex fil-komptetenza tiegħu. L-esperjenzi u l-aħjar prattiċi jinqasmu permezz ta’ seminars u laqgħat, rivista regolari, forum ta’ diskussjoni elettronika u servizz elettroniku ta’ aħbarijiet kuljum. żjarat mill-Ombudsman Ewropew organizzati mill-ombudsmen fl-Istati Membri u minn dawk li se jissieħbu instabu li kienu effettivi ħafna biex ikun żviluppat in-Netwerk.




