Editorjal

Bi pjaċir kbir nilqgħek fis-sit elettroniku tal-Ombudsman Ewropew! Probabbli nnutajt li s-sit elettroniku ħa xejra ġdida! L-Ombudsman nieda identità viżiva ġdida fis-27 ta’ Settembru 2010. It-tnedija ħabtet mal-ħmistax anniversarju tal-istituzzjoni. Dakinhar stess, l-Ombudsman ippreżenta wkoll l-istrateġija tiegħu għall-mandat 2009-2014, liema strateġija tenfasizza sett ta’ objettivi u prijoritajiet imfassla biex jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ, u biex itejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni tal-UE. L-istrateġija hija disponibbli fis-sezzjoni “Riżorsi” ta’ dan is-sit elettroniku.

L-għan ta’ dan is-sit hu li jagħtik informazzjoni ċara, konċiża u faċli biex tifhem x’jista’ jagħmel għalik l-Ombudsman Ewropew. Barra minn hekk, tista’ tiskopri x’kiseb l-Ombudsman s’issa, u kif tressaq ilment. Is-sit elettroniku jiġi aġġornat regolarment bi stqarrijiet għall-istampa, dettalji tal-avvenimenti li ġejjin, pubblikazzjonijiet u sommarji tal-każijiet.

Is-sit elettroniku fih ukoll gwida interattiva bit-23 lingwa uffiċjali kollha tal-UE. Fi kwalunkwe jum partikolari, numru kbir ta’ ċittadini jirċievu pariri permezz tal-gwida. Il-gwida tgħinek tidentifika malajr l-aktar korp adegwat li għandek tirreferi għalih jekk tixtieq tressaq ilment. Dan is-servizz jidher li hu partikolarment utli għaċ-ċittadini, għall-impriżi u għal organizzazzjonijiet oħra fl-Ewropa kollha. Mill-5 ta’ Jannar 2011, jiġifieri t-tieni anniversarju tat-tnedija tal-gwida interattiva, aktar minn 45 000 persuna għamlu użu minn dan is-servizz.

Anki jekk ma tixtieqx tressaq ilment, jista’ jkun li tkun interessat li ssir taf aktar dwar ix-xogħol tal-Ombudsman li jżomm lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE responsabbli. It-taqsima “Każijiet” fuq is-sit elettroniku tippermettilek tfittex fid-deċiżjonijiet, fl-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet u fir-rapporti speċjali, kif ukoll fis-sommarji tal-każijiet kollha tal-Ombudsman.

Nittama li dan is-sit elettroniku jkompli jkun riżorsa imprezzabbli għal dawk kollha li jsegwu x-xogħol tal-Ombudsman. Nittama li tieħu pjaċir iżżur is-sit u jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tibgħat il-kummenti u s-suġġerimenti li tixtieq tagħmel.

Tislijiet,

P. Nikiforos Diamandouros

Rapporti Annwali

2012

Annual Report 2012 Annual Report 2012
(PDF 3382KiB)
27 ta’ Mejju 2013
P. Nikiforos Diamandouros
Overview 2012 Overview 2012
(PDF 567KiB)
27 ta’ Mejju 2013
P. Nikiforos Diamandouros