Rifjut ta' għoti ta' aċċess lill-kandidati għall-mistoqsijiet/tweġibiet fit-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b'mistoqsijiet b'għażla multipla

Lingue disponibili :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Caso :  OI/4/2007/(ID)MHZ
    Aperto(a) il 20-nov-2007 - Decisione del 9-mar-2009
  • Istituzione(i) interessata(e) :  Ufficio di selezione del personale delle Comunità europee
  • Ambito(i) giuridico(i) :  Questioni generali, istituzionali e finanziarie
  • Tipi di presunta cattiva amministrazione – (i) violazione di, o (ii) violazione degli obblighi connessi a :  Assenza di discriminazione [Articolo 5 CEBCA],Richieste di informazioni [Articolo 22 CEBCA]
  • Oggetto(i) :  Concorsi e procedure di selazione (anche di tirocinanti)

Sommarju ta' deċiżjoni dwar inkjesta fuq inizjattiva proprja OI/4/2007/(ID)MHZ li tikkonċerna l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO)

L-Ombudsman irċieva serje ta' lmenti li jikkonċernaw ir-rifjut tal-EPSO milli tagħti aċċess lill-kandidati għall-mistoqsijiet/tweġibiet fit-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter (CBT) b'mistoqsijiet b'għażla multipla li kienu għamlu. Fil-każ 370/2007/MHZ, huwa ħareġ rimarka kritika fejn iddikjara li "l-EPSO naqas milli jiġġustifika b'mod adegwat ir-rifjut tiegħu li jagħti lill-kwerelant aċċess għall-mistoqsijiet/tweġibiet tas-CBT. Dan huwa każ ta' amministrazzjoni ħażina." Sussegwentement, huwa fetaħ l-inkjesta preżenti fuq inizjattiva proprja sabiex jagħti opportunità lill-EPSO biex jispjega aħjar il-pożizzjoni tiegħu.

L-Ombudsman ma qabilx mal-argumenti tal-EPSO relatati mad-diffikultajiet amministrattivi u finanzjarji li x'aktarx jinqalgħu jekk il-kandidati jingħataw dan l-aċċess. Huwa qal li l-prinċipju Komunitarju tat-trasparenza, kif ukoll il-progress li għamlu l-istituzzjonijiet f'dan ir-rigward, ma jistgħux jiġu ssuperati minn dawn id-diffikultajiet. Barra minn hekk, huwa sab li l-informazzjoni CBT kurrenti mogħtija mill-EPSO lill-kandidati, ma kinitx tippermettilhom jiċċekkjaw jekk il-tweġibiet tagħhom ġewx evalwati b'mod korrett.

Il-bqija tal-argumenti tal-EPSO kienu bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-ġurisprudenza rilevanti tal-qrati tal-Komunità fir-rigward tas-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tal-għażla u l-prinċipju tat-trattament ugwali tal-kandidati. B'reazzjoni għal dan, l-Ombudsman irrefera għall-każijiet pendenti quddiem il-qrati Ewropej, li jikkontestaw ir-rifjut tal-EPSO milli jagħti aċċess għall-mistoqsijiet/tweġibiet tas-CBT. Għal din ir-raġuni, huwa ħass li t-tkomplija tal-inkjesta preżenti fuq inizjattiva proprja ma kinitx ġustifikata u għalhekk għalaqha. Waqt li kien qiegħed jistenna d-deċiżjonijiet rispettivi tal-qrati Ewropej fir-rigward tal-iżvelar tal-mistoqsijiet CBT, l-Ombudsman irrievoka r-rimarka kritika tiegħu ta' hawn fuq fil-każ 370/2007/MHZ.