Introduzzjoni

Nyelvek :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

L-Ombudsman Ewropew huwa marbut li jiżgura liċ-ċittadini, lill-NGOs, lill-assoċjazzjonijiet u l-kumpaniji, dwar id-dritt tagħhom għall-ilment fuq amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet tal-UE. L-Ombudsman jagħraf ir-rwol importanti li l-midja għandha sabiex tinforma lill-opinjoni pubblika, tarrikkixxi d-dibattitu, u fit-tisħiħ tal-viżibilità tas-servizzi tiegħu fl-Istati Membri kollha tal-UE. Politika proattiva komuni tinkludi komponent ċentrali tal-attivitajiet tiegħu u l-isforzi tiegħu sabiex jippromwovi r-rispett għad-drittijiet skont id-dritt Komunitarju u jtejjeb il-kwalità tal-amministrazzjoni.

Il-politika tal-Ombudsman fuq il-midja hija bbażata fuq żewġ aspetti: minn banda jipprova jinforma lill-pubbliku Ewropew ġenerali rigward xogħlu permezz tal-midja popolari (eż. TV, gazzetti, radju). Mill-banda l-oħra, huwa jimmira gruppi speċifiċi ta’ lmentaturi potenzjali permezz ta’ midja iżjed speċjalizzata (eż. rivisti ekonomiċi, fuljett interni ta’ assoċjazzjonijet, NGOs u gruppi ta' interess oħra).

L-Ombudsman jaspira li jkun trasparenti u aċċessibbli kemm jista’ jkun għall-ġurnalisti sabiex jippermetti lill-pubbliku jsegwi xogħlu. Huwa jgħaddi l-informazzjoni lill-midja rigward il-bidu ta’ investigazzjonijiet, soluzzjonijiet amikevoli aċċettati mill-istituzzjonijiet li jissodisfaw lill-ilmentaturi, abbozzi importanti ta’ rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-istituzzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ investigazzjonijiet magħluqa. L-Ombudsman jinforma wkoll lill-midja fuq ir-rapport annwali tiegħu, bl-aħħar statistiċi, bil-kontributi tiegħu fid-dibattiti u l-inizjattivi, u temi oħra relatati mal-Ombudsman li huma relevanti għall-pubbliku. Filwaqt li l-Ombudsman jaspira li xogħlu jkun miftuħ kemm jista’ jkun, huwa jirrispetta t-talbiet leġittimi tal-ilmentaturi li jagħżlu li jkollhom il-każ tagħhom studjat kunfidenzjalment.

L-Ombudsman jimmira li jilħaq lill-korrispondenti Ewropej ibbażati fi Brussell kif ukoll lill-ġurnalisti nazzjonali u reġjonali fl Istati Membri tal-UE. Huwa jinforma lill-midja l-aktar permezz tal-istqarrijiet għall-istampa, konferenzi stampa, diskussjonijiet u intervisti. Huwa jaspira li jgħaddi materjal sempliċi u familjari għall-qarrej sabiex jolqot kemm jista’ jkun nies.

Għal aktar tagħrif dwar l-avvenimenti għall-midja ta' l-Ombudsman, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: is-Sra Gundi Gadesmann, Uffiċjal tal-Midja u Relazzjonijiet Esterni, Tel. +32 2 284 26 09.