P. Nikiforos Diamandouros

L-Ombudsman Ewropew

Editorjal

Bi pjaċir kbir nilqgħek fis-sit elettroniku tal-Ombudsman Ewropew! Probabbli nnutajt li s-sit elettroniku ħa xejra ġdida! L-Ombudsman nieda identità viżiva ġdida fis-27 ta’ Settembru 2010. It-tnedija ħabtet mal-ħmistax anniversarju tal-istituzzjoni. Dakinhar stess, l-Ombudsman ippreżenta wkoll l-istrateġija tiegħu għall-mandat 2009-2014, liema strateġija tenfasizza sett ta’ objettivi u prijoritajiet imfassla biex jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE jgawdu d-drittijiet tagħhom bis-sħiħ, u biex itejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni tal-UE. L-istrateġija hija disponibbli fis-sezzjoni “Riżorsi” ta’ dan is-sit elettroniku.

L-għan ta’ dan is-sit hu li jagħtik informazzjoni ċara, konċiża u faċli biex tifhem x’jista’ jagħmel għalik l-Ombudsman Ewropew. Barra minn hekk, tista’ tiskopri x’kiseb l-Ombudsman s’issa, u kif tressaq ilment. Is-sit elettroniku jiġi aġġornat regolarment bi stqarrijiet għall-istampa, dettalji tal-avvenimenti li ġejjin, pubblikazzjonijiet u sommarji tal-każijiet.

Is-sit elettroniku fih ukoll gwida interattiva bit-23 lingwa uffiċjali kollha tal-UE. Fi kwalunkwe jum partikolari, numru kbir ta’ ċittadini jirċievu pariri permezz tal-gwida. Il-gwida tgħinek tidentifika malajr l-aktar korp adegwat li għandek tirreferi għalih jekk tixtieq tressaq ilment. Dan is-servizz jidher li hu partikolarment utli għaċ-ċittadini, għall-impriżi u għal organizzazzjonijiet oħra fl-Ewropa kollha. Mill-5 ta’ Jannar 2011, jiġifieri t-tieni anniversarju tat-tnedija tal-gwida interattiva, aktar minn 45 000 persuna għamlu użu minn dan is-servizz.

Anki jekk ma tixtieqx tressaq ilment, jista’ jkun li tkun interessat li ssir taf aktar dwar ix-xogħol tal-Ombudsman li jżomm lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE responsabbli. It-taqsima “Każijiet” fuq is-sit elettroniku tippermettilek tfittex fid-deċiżjonijiet, fl-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet u fir-rapporti speċjali, kif ukoll fis-sommarji tal-każijiet kollha tal-Ombudsman.

Nittama li dan is-sit elettroniku jkompli jkun riżorsa imprezzabbli għal dawk kollha li jsegwu x-xogħol tal-Ombudsman. Nittama li tieħu pjaċir iżżur is-sit u jekk jogħġbok toqgħodx lura milli tibgħat il-kummenti u s-suġġerimenti li tixtieq tagħmel.

Tislijiet,

P. Nikiforos Diamandouros

L-Ombudsman Ewropew jinvestiga lmenti dwar amministrazzjoni ħazina fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea.

Jekk inti ċittadin ta' Stat Membru ta' l-Unjoni jew tgħix fi Stat Membru, tista' tressaq ilment lill-Ombudsman Ewropew. L-impriżi, l-assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn b'sede prinċipali fl-Unjoni wkoll jistgħu jressqu lment quddiem l-Ombudsman.

Sommarji tal-għeluq ta` każijiet

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 1827/2009/(ANA)CK (kunfidenzjali) kontra l-Kummissjoni Ewropea (Miżjuda:23 ta’ Mejju 2012)

Allegat nuqqas ta’ diliġenza fit-trattament ta’ lment dwar ksur

Ċittadin Grieg ippreżenta lment ta’ ksur lill-Kummissjoni li fih jallega, inter alia, li l-Greċja kisret id-Direttiva tal-Kunsill 83/183/KEE dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għal importazzjonijiet permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta' individwi.

F’Lulju 2009, il-kwerelant ilmenta mal-Ombudsman billi allega li l-Kummissjoni ma ttrattatx l-ilment tiegħu dwar ksur kif suppost. B’mod partikolari, allega li l-Kummissjoni, billi waslet għall-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni Griega inkwistjoni kienet taqa’ barra l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, naqset milli tqis il-leġiżlazzjoni Griega pertinenti u l-ġurisprudenza tal-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Greċja, żviluppati fid-dawl tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Għal aktar tagħrif ...

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 1623/2009/(BB)(TS)FOR (kunfidenzjali) kontra l-Kummissjoni Ewropea (Miżjuda:21 ta’ Mejju 2012)
Aċċess għal rapporti dwar reazzjonijiet avversi għal mediċina (Miżjuda:14 ta’ Mejju 2012)
Sommari kollha..

Stqarrijiet għall-istampa

22 ta’ Mejju 2012 :  Ombudsman calls on Commission to rectify deficiencies in Vienna airport investigation

The European Ombudsman, P. Nikiforos Diamandouros, has called on the European Commission to correct deficiencies in its investigation of complaints against Austria concerning Vienna airport. This follows complaints from 27 Austrian citizens' organisations concerning the absence of an environmental impact assessment (EIA) for several airport extensions. During his own investigation, the Ombudsman repeatedly pointed to problems with the EIA, which was eventually carried out retrospectively, including a potential conflict of interest involving the Austrian authorities. Since the Commission failed to act on the Ombudsman's findings, he decided to submit a Special Report to the European Parliament.

Għal aktar tagħrif ...

23 ta’ April 2012 :  Ombudsman event: European citizens can tweet their live questions to Barroso, Schulz, Thorning-Schmidt
17 ta’ April 2012 :  Ombudsman investigates whether the Commission should do more to combat increased bee mortality
Stqarrijiet għall-istampa kollha