Il-kwistjoni tal-puntwalità tal-pagamenti mill-Kummissjoni Ewropea eżaminata mill-ġdid

Teangacha ar fáil :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Cás :  OI/1/2009/GG
    Tosaithe an 2009 Feabh 17 - Cinneadh an 2011 Feabh 8
  • Instituid áirithe :  Coimisiún na gComhphobal Eorpach
  • Abhar dlíthiúil :  Ábhair ghinearálta, airgeadais agus institiúide
  • An cineál drochriaracháin – (i) sáruithe, o (ii) sáruithe ar dhualgais maidir le: :  Teorainn ama réasúnta chun cinntí a ghlacadh [Airteagal 17 CEDIR]
  • Abhar :  Comhlíonadh conarthaí
alarm clock
alarm clock
Údar:
Cóipcheart: Stocklib © Udo Kroener

Sommarju tad-deċiżjoni dwar inkjesta fuq inizjattiva proprja OI/1/2009/GG dwar il-Kummissjoni Ewropea

Fi Frar 2009, u wara żewġ inkjesti preċedenti (OI/5/99(IJH)GG u OI/5/2007/GG), l-Ombudsman fetaħ inkjesta oħra fuq inizjattiva tiegħu stess dwar il-kwistjoni tal-puntwalità tal-pagamenti mill-Kummissjoni Ewropea. B’mod partikolari, l-Ombudsman talab lill-Kummissjoni għal informazzjoni dwar ir-rendiment tagħha fl-2008.

Wara li rċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Ombudsman nieda konsultazzjoni pubblika. B’kollox waslu disa’ kontributi mingħand membri interessati tal-pubbliku.

Sussegwentement, l-Ombudsman talab lill-Kummissjoni biex tindirizza l-argumenti li tqajmu f’dawn il-kontributi. Huwa talabha wkoll biex tipprovdilu informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħha fl-2009.

Wara li eżamina l-informazzjoni pprovduta lilu, l-Ombudsman ikkonkluda li r-reazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-kwistjonijiet u l-argumenti mqajma matul il-konsultazzjoni pubblika kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom konvinċenti. Fir-rigward tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni fl-2009, huwa innota li l-miżuri meħuda mill-Kummissjoni ħallew il-frott u li kien ittieħed pass importanti sabiex tiġi indirizzata l-problema tad-dewmien fil-pagamenti. In-numru ta’ pagamenti tard naqas b’mod konsiderevoli mill-2008, meta dan kien jammonta għal 22.67 % tal-pagamenti kollha, sal-2009, meta dan il-perċentwal niżel għal 14.42 %. Is-somom totali ta’ flus affettwati mid-dewmien, f’termini ta’ perċentwali, naqsu b’aktar min-nofs bejn l-2008 (13.95 %) u l-2009 (6.63 %). Barra minn hekk, id-dewmien medju naqas ukoll b’mod konsiderevoli minn 47.45 għal 40.43 jum.

Madankollu, l-Ombudsman innota li l-problemi kienu għadhom jippersistu.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u b’mod partikolari fid-dawl tat-titjib ċar miksub mill-Kummissjoni fl-2009, l-Ombudsman iqis li fil-preżent ma hemm ebda raġuni għal aktar inkjesti dwar il-kwistjoni tal-puntwalità tal-pagamenti mill-Kummissjoni. Madankollu, huwa tal-fehma li jeħtieġ li din il-kwistjoni tinżamm taħt kunsiderazzjoni. Sabiex tippermettilu jagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tipprovdilu ċ-ċifri dwar il-pagamenti li saru fl-2010, hekk kif dawn ikunu disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata bl-istess forma kif kienet ipprovduta fis-snin li għaddew.