Aċċess għal rapporti dwar reazzjonijiet avversi għal mediċina

Saatavilla olevat kieliversiot :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Kanteluasia :  3106/2007/(TS)FOR
    Tutkittavaksi otetut kantelut, pvm 21.4.2008 - Suositusluonnokset, pvm 8.2.2011, 8.2.2011 - Päätökset, pvm 14.12.2011
  • Asiaan liittyvät toimielimet :  Euroopan lääkevirasto
  • Lainsäädäntöala :  Kansalaisten Eurooppa
  • Väitettyjen hallinnollisten epäkohtien tyypit – (i) seuraavien rikkominen tai (ii) seuraaviin liittyvien velvollisuuksien rikkominen :  Asiakirjapyynnöt [23 artikla EHHS]
  • Käsiteltävä asia :  Tietojen ja asiakirjojen saantia koskevien pyyntöjen käsitteleminen (avoimuus)
Medication
Tekijä:
Tekijänoikeus: Stocklib © Anna Khomulo

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 3106/2007/(TS)FOR kontra l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

L-ilmentatur, li jaħdem ma’ ditta ta’ avukati Griega, talab lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tagħtih aċċess pubbliku għal ċerti dokumenti, speċjalment, ir-rapporti dwar reazzjonijiet avversi serji ssuspettati li huma relatati mal-prodott farmaċewtiku Septrin. L-Aġenzija rrifjutat it-talba tiegħu għal aċċess. Din ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq il-bżonn li tħares l-interessi kummerċjali.

Wara li eżamina l-argumenti mressqa mill-ilmentatur u mill-Aġenzija, l-Ombudsman għamel abbozz ta’ rakkomandazzjoni lill-Aġenzija. Huwa qies li r-regoli tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti japplikaw ukoll għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija. Sab li ma kienx evidenti li r-rapporti mitluba jinkludu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali jew informazzjoni oħra li tkun ta’ dannu għal kwalunkwe interess kummerċjali leġittimu ta’ parti terza. Madankollu, huwa nnota li l-Aġenzija żiedet argument ġdid li jgħid li jenħtieġ li d-dejta personali (bħad-dejta personali tal-pazjenti u tat-tobba ta’ rappurtar) inkluża fid-dokumenti mitluba tingħata sura ġdida.

Fit-tweġiba tagħha għall-abbozz ta’ rakkomandazzjoni, l-Aġenzija rrikonoxxiet il-prinċipji fundamentali tal-ftuħ u t-trasparenza, u qablet li tipprovdi lill-kwerelant l-aċċess għad-dejta mitluba, wara li tneħħi d-dejta personali.

L-ilmentatur radd ħajr lill-Ombudsman tal-isforzi li għamel biex jgħinu.

Meta għalaq l-każ, l-Ombudsman irrikonoxxa l-progress importanti li l-Aġenzija għamlet biex tagħmel ix-xogħol tagħha iktar trasparenti. Kompla billi indika li dan it-titjib sinifikanti jservi biex jiżgura li ċ-ċittadini jkollhom iktar fiduċja fl-Aġenzija, biex b’hekk din iżżid kemm il-leġittimità tagħha kif ukoll l-effikaċja tagħha fit-twettiq tal-kompiti importanti tagħha.