Nota għall-utenti

Available languages: bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

It-tagħrif fuq dan is-sit elettroniku huwa soġġett għall-politika speċifika:
- dwar il-protezzjoni tad-dejta personali,
- dwar copyright, u
- dwar żbalji u ommissjonijiet.

Protezzjoni ta’ dejta personali

Kwalunkwe dejta personali li jinġabar mill-Ombudsman Ewropew għandu jiġi pproċessat skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonjiet u l-korpi tal-Komunità u l-moviment liberu ta’ dak id-data.

Żewġ servizzi biss disponibbli fuq dan is-sit elettroniku bħalissa jeħtieġu li dejta personali tingħata mill-utent:

(1) Jekk utent jixtieq jibgħat messaġġ elettroniku lill-istituzzjoni, hu jista' jagħmel hekk billi jimla l-formola fuq l-internet. Fil-formola jeħtieġ li l-utent jagħti kunjom, isem u indirizz ta' posta elettronika. Ladarba tintbagħat, il-formola hija trasmessa permezz ta' posta elettronika għand il-persuna inkarigata jew is-servizz tal-uffiċċju tal-Ombudsman. Il-kontenut tal-formola ma jinżammx f'dejtabejż tas-sit elettroniku tal-Ombudsman u lanqas ma jkun disponibbli għall-Ombudsman u l-persunal tiegħu fi kwalunkwe forma ħlief f'dik tal-messaġġ elettroniku msemmi hawn fuq.

(2) Jekk utent jixtieq jibgħat ilment lill-Ombudsman permezz ta' formola ta' ilment minn fuq l-internet, l-ewwel għandu joħloq kont ta' utent. L-utent għandu jagħti indirizz elettroniku u jagħżel password. Ladarba jiġi attivat il-kont, l-utent jista' joħloq abbozz tal-ilment, jimmodifika abbozzi ta' ilment li jkunu inħolqu qabel, jibgħat ilment, jew jaċċessa ilmenti li hu jkun diġà bagħat. Id-dettalji tal-kont tal-utent, kif ukoll il-kontenut ta' kull ilment li jinħoloq mill-utent, jinżammu ġo dejtabejż. L-utent biss jista' jaċċessa l-ilmenti fid-dejtabejż, permezz tal-password li jkun għażel. L-Ombudsman Ewropew u l-persunal tiegħu m'għandhom aċċess la għal passwords tal-utenti u lanqas għall-ilmenti li jinżammu fid-dejtabejż. Meta utent jibgħat ilment, id-dejtabejż tiġġenera messaġġ elettroniku li jintbagħat lis-servizz relevanti tal-ufiċċju tal-Ombudsman.

Id-dejta li tinġabar għandha tiġi pproċessata biss għall-għan maħsub u dak speċifikat b'mod ċar. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu dritt ta’ aċċess għad-dejta personali tiegħu u dritt li jirrettifika dejta bħal din li ma tkunx preċiża jew mhux kompluta. Fil-każ li s-suġġett tad-dejta jkollu mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu, għandu jindirizzahom lill-entità li tkun tirrappreżenta kontrollur tad-dejta. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal rikors fi kwalunkwe ħin għalKontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta.

Is-sit elettroniku tal-Ombudsman Ewropew xi drabi jipprovdi links għal siti oħra fuq l-internet. Peress li l-Ombudsman ma għandu l-ebda kontroll fuq dawn is-siti elettroniċi, nissuġġerixxu li tivverifika l-politiki ta' privatezza tiegħek.

Drittijiet tal-awtur

© Unjoni Ewropea, 1995-2013

Ir-riproduzzjoni hija permessa jekk jissemma s-sors, ħlief jekk jiġi ddikkjarat il-kuntrarju b'mod espliċitu.

Meta jkun meħtieġ permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew użu ta' tagħrif f'testi u multimedia (ħsejjes, immaġni, softwer eċċ), dan il-permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b'mod ċar kwalunkwe restrizzjoni għall-użu.

Żbalji u ommissjonijiet

L-Ombudsman Ewropew iżomm dan is-sit elettroniku sabiex itejjeb l-aċċess pubbliku għat-tagħrif dwar l-istituzzjoni u l-attivitajiet tagħha.

L-għan tagħna hu li nżommu dan it-tagħrif komplut, preċiż u aġġornat kemm jista' jkun. Jekk l-Ombudsman Ewropew jiġi infurmat b'xi żbalji, huwa jagħmel dak kollu li jista' sabiex isiru korrezzjonijiet mingħajr dewmien.

L-Ombudsman Ewropew jagħmel ħiltu kollha biex inaqqas id-disturbi kkawżati minn żbalji tekniċi li jseħħu f'dan is-sit elettroniku.

L-Ombudsman Ewropew ma jistax jiggarantixxi li t-tagħrif minn sorsi esterni f'dan is-sit elettroniku huwa affidabbli jew aġġornat. It-tagħrif fuq dan is-sit jista' jikkollega ma' siti esterni li fuqhom is-servizzi tal-Ombudsman Ewropew ma għandhom l-ebda kontroll u li għalihom l-Ombudsman Ewropew ma jista' jaċċetta l-ebda responsabbilità.