• Lodge a complaint
  • Request for information

Closing summaries of cases

Questions about Europe?Your Europe - The portal to on-line European and national public servicesTreaty of Lisbon

Il-Kodiċi tal-Kondotta għall-Osservaturi tal-Elezzjonijiet fl-UE

Available languages: bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Case: 2635/2010/TN
    Opened on 31 Jan 2011 - Decision on 07 Sep 2012
  • Institution(s) concerned: European Commission
  • Field(s) of law: External relations
  • Types of maladministration alleged – (i) breach of, or (ii) breach of duties relating to: Notification of the decision [Article 20 ECGAB]
  • Subject matter(s): Execution of contracts
Hand with voting ballot
Author:
Copyright: Stocklib ©

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 2635/2010/(MB)TN (kunfidenzjali) kontra l-Kummissjoni Ewropea

L-ilment jikkonċerna l-allegat nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tinnotifika lill-kwerelant dwar is-sejba tagħha li huwa kiser il-Kodiċi tal-Kondotta tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-UE.

Wara li ħadem bħala Osservatur tal-Elezzjonijiet fl-UE, il-kwerelant ġie informat minn partijiet terzi li l-Kummissjoni sabet li kiser il-Kodiċi tal-Kondotta għal dawk l-Osservaturi. Il-kwerelant tħasseb dwar il-fatt li din id-deċiżjoni ma ġietx ikkomunikata lilu u li dan jaffettwa l-opportunitajiet tiegħu li jintgħażel għal Missjonijiet ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet fl-UE.

L-Ombudsman identifika għadd ta' problemi fil-proċedura applikata mill-Kummissjoni. Ma kienx kompletament konvint li ġew irrispettati d-drittijiet tal-kwerelant li huma ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Kodiċi Ewropew ta' Mġiba Amministrattiva Tajba. Għaldaqstant, l-Ombudsman għamel proposta għal soluzzjoni amikevoli, li fiha ssuġġerixxa miżuri li l-Kummissjoni tista' tieħu biex tirranġa l-affarijiet, fir-rigward (i) tas-sitwazzjoni personali tal-kwerelant u (ii) tal-proċedura ġenerali segwita.

Dwar is-sitwazzjoni personali tal-kwerelant, il-Kummissjoni solviet il-każ billi pprovdiet garanziji li l-kwerelant jibqa' kandidat kompletament eliġibbli għal Missjonijiet ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet fl-UE tal-ġejjieni.

Dwar il-proċeduri ġenerali tagħha għas-sejba ta' ksur tal-Kodiċi tal-Kondotta għall-Osservaturi tal-UE, it-tweġiba tal-Kummissjoni indikat li diġà kienet qed timplimenta s-suġġeriment tal-Ombudsman biex twettaq reviżjoni. L-Ombudsman laqa' r-reviżjoni u għamel ċerti suġġerimenti relatati magħha.