Aċċess għal dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ ksur li tikkonċerna kwistjonijiet ambjentali

Available languages: bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Case: 2073/2010/AN
    Opened on 28 Oct 2010 - Decision on 01 Dec 2011
  • Institution(s) concerned: European Commission
  • Field(s) of law: Environment, consumers and health protection
  • Types of maladministration alleged – (i) breach of, or (ii) breach of duties relating to: Requests for public access to documents [Article 23 ECGAB]
  • Subject matter(s): Dealing with requests for information and access to documents (Transparency)
Plant
Author:
Copyright: Stocklib © Ilka Erika Szasz-Fabian

Sommarju ta' deċiżjoni dwar l-ilment 2073/2010/AN (kunfidenzjali) kontra l-Kummissjoni Ewropea

Il-kwerelant talab aċċess għal dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ ksur li tikkonċerna kwistjonijiet ambjentali fi Spanja. Wara r-rifjut tal-Kummissjoni tat-talba inizjali tiegħu, il-kwerelant issottometta applikazzjoni konfermatorja. Il-Kummissjoni estendiet l-iskadenza għat-tweġiba tagħha għall-applikazzjoni konfermatorja tiegħu f’żewġ okkażżjonijiet, u, fit-tieni okkażżjoni, lill-kwerelant ma pprovditlux data stmata għad-deċiżjoni tagħha. Wara li l-Ombudsman fetaħ l-inkjesta tiegħu dwar l-ilment, il-Kummissjoni eventwalmet tat aċċess lill-kwerelant għal xi wħud mid-dokumenti mitluba, filwaqt li ċaħdet aċċess għal oħrajn.

L-Ombudsman sab li ċ-ċaħda tal-Kummissjoni li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet Spanjoli kienet ġustifikata, fid-dawl tal-eċċezzjonijiet invokati minn dawn tal-aħħar li l-Kummissjoni għaddiet debitament lill-kwerelant. Fir-rigward tat-trattament tat-talba għal aċċess għall-kumplament tad-dokumenti, l-Ombudsman sab amministrazzjoni ħażina u għamel rimarki ta' kritika fir-rigward li l-Kummissjoni (i) ċaħdet b'mod skorrett li tiżvela xi wħud mid-dokumenti interni tagħha lill-kwerelant, (ii) ma vvalutatx il-possibbiltà li tagħti lill-kwerelant aċċess parzjali għad-dokumenti interni li hija ċaħdet li tiżvela, (iii) ma vvalutatx debitament l-eżistenza ta' interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tad-dokumenti interni tagħha, (iv) ma pprovditx ġustifikazzjoni suffiċjenti fil-limitu ta’ żmien previst mir-Regolament 1049/2001, u (v) kisret l-Artikolu 8(2) tar-Regolament 1049/2001 billi estendiet darbtejn l-iskadenza għat-tweġiba tagħha għall-applikazzjoni konfermatorja tal-kwerelant u billi ma pprovditx lill-kwerelant, fil-ħin tat-tieni tweġiba temporanja, data stmata għad-deċiżjoni tagħha.