Reklutaġġ
Proċedura
Il-postijiet battala għal karigi permanenti fis-Segretarjat tal-Ombudsman Ewropew jiġu okkupati permezz ta' trasferiment intern jew promozzjoni, trasferiment jew sekondar ta' uffiċjali minn istituzzjonijiet jew korpi Komunitarji oħra, jew permezz tar-reklutaġġ minn listi ta' riżerva stabbiliti bħala riżultat ta' konkorsi miftuħa organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) jew minn istituzzjoni jew korp tal-UE.
Il-postijiet battala għal karigi temporanji huma primarjament okkupati wara l-konsultazzjoni tal-listi maħluqa f'ċerti oqsma speċjalizzati minn EPSO jew minn istituzzjoni jew korp tal-UE bl-għan li l-istituzzjonijiet Ewropej ikunu pprovduti b'persunal li jaħdem b'kuntratt. Il-karigi li ma jistgħux jiġu okkupati minn lista disponibbli mill-EPSO jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew fuq il-websajt tiegħu. L-Ombudsman normalment jinforma wkoll lill-istituzzjonijiet Komunitarji oħra dwar postijiet battala ta' dan it-tip.
Persuni interessati li jaħdmu għall-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew għandhom jikkonsultaw il-websajt tal-EPSO regolarment, fejn jistgħu jsibu t-tagħrif kollu meħtieġ dwar il-proċeduri ta' selezzjoni fil-ġejjieni.
Il-kandidati li jkunu għaddew b'suċċess minn proċedura ta' selezzjoni jew iktar minn waħda u li jkunu partikolarment interessati li jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew huma mistiedna juru dan l-interess billi jibagħtu r-referenza tal-proċedura ta' selezzjoni lill-Taqsima tal-Persunal, l-Amministrazzjoni u l-Baġit tal-Ombudsman.
Avviż ta` Post
Dawn l-avviżi ta´ postijiet tax-xogħol qegħdin bħalissa jiġu reklamati mill-Uffiċċju tal-Ombudsman Ewropew:
- L-ebda sejħa mhija ppubblikata attwalment.
Links Esterni
L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) - L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO) ġie stabbilit fis-26 ta' Lulju 2002. L-għan tiegħu hu li jorganizza konkorsi miftuħa sabiex jintgħażel persunal bi kwalifiki għoljin għar-reklutaġġ fl-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea, bħal ma huma l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman Ewropew. EPSO sar totalment operattiv fl-1 ta' Jannar 2003.
Apprendistati
Regoli u formola ta' applikazzjoni (liġi)
L-Ombudsman joffri apprendistati, darbtejn fis-sena, l-aktar lil studenti universitarji li ggradwaw fil-liġi. L-apprendistati jsiru jew fi Strasburgu jew fi Brussell, skont il-ħtiġijiet tal-Uffiċċju. Dawn jibdew fl-1 ta' Settembru u l-1 ta' Jannar kull sena.
Apprendisti fl-Uffiċċju tal-Ombudsman għandu jkollhom għarfien tajjeb ħafna tal-Ingliż. Għalhekk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati bl-Ingliż. Għall-istess raġunijiet, id-dokumenti li jirrigwardaw l-applikazzjoni għall-apprendistati huma disponibbli biss bl-Ingliż.
- Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew dwar l-apprendistati
- Formola ta' applikazzjoni għall-apprendistati (PDF)
Applikazzjonijiet (profili oħrajn)
Bħalissa, l-Ombudsman Ewropew qiegħed ifittex:




