Il-politika lingwistika tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern rigward is-sit elettroniku tiegħu u l-korrispondenza tiegħu maċ-ċittadini

Tilgængelige sprog :  bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Sag :  2413/2010/MHZ
    Indledt den 15-12-2010 - Afgørelse af 13-12-2011
  • Berørte institution(er) :  Kontoret for Harmonisering i det Indre Marked (Varemærker og Design)
  • Retsområde(r) :  Generelle, institutionelle og finansielle spørgsmål
  • Former for påståede fejl eller forsømmelser - i) overtrædelser eller ii) manglende overholdelse af forpligtelser i forbindelse med :  Lovformelighed (inkorrekt anvendelse af materielle og/eller proceduremæssige regler), og hjemmel [Artikel 4 EKGF],Ikke-forskelsbehandling [Artikel 5 EKGF],Besvarelse af skrivelser på borgerens sprog og angivelse af den kompetente tjenestemand [Artikel 13 og 14 EKGF]
  • Emne(r) :  Institutionelle og politiske spørgsmål
Books
Forfatter:
Copyrigt: Stocklib © Oleksiy Mark

Sommarju ta’ deċiżjoi dwar l-ilment 2413/2010/MHZ kontra l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

Il-kwerelant, ċittadin Pollakk, allega li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI – (OHIM)) wieġeb bl-Ingliż għall-ittra tiegħu li kienet miktuba bil-Pollakk, u li s-sit elettroniku tal-UASI kien disponibbli biss fil-lingwi ta’ ħidma tal-UASI (l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, u t-Taljan). Hu kien tal-fehma li dan imur kontra l-liġi u rrikorra għand l-Ombudsman.

L-Ombudsman fetaħ inkjesta u irnexxielu jikkonvinċi lill-UASI biex ibiddel il-politika lingwistika tiegħu. L-Ombudsman ma qabilx mal-fehma inizjali tal-UASI li r-Regolament Bażiku tal-UASI, flimkien mas-sentenza f’Kik, jikkostittwixxi l-bażi legali għall-prattika tiegħu li fis-sit elettroniku tiegħu jintużaw biss l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, u t-Taljan. Barra minn hekk, ma setax jeskludi li din il-prattika tpoġġi lill-persuni ġuridiċi u fiżiċi li ġejjin mill-Istati Membri minbarra l-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, l-Italja, u Spanja fi żvantaġġ meta mqabbla ma’ persuni li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi. Huwa saħaq li, meta ċittadin iżur is-sit elettroniku tal-UASI għall-ewwel darba, isibha aktar faċli li jinnaviga fiha kieku l-verżjonijiet lingwistiċi kollha jkunu disponibbli. Hu argumenta li prattika amministrattiva tajba tenħtieġ li, safejn ikun possibbli, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji, u l-aġenziji tal-UE jipprovdu informazzjoni liċ-ċittadini fil-lingwa tagħhom stess. Huwa kompla jistqarr li l-konvenjenza amministrattiva mhijiex argument validu biex amministrazzjoni tal-UE mgħammra tajjeb fir-rigward ta’ riżorsi tekniċi u umani ma tagħmilx is-sit elettroniku tagħha disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE.

B’riżultat tal-inkjesta tal-Ombudsman, l-UASI introduċa bidliet importanti. L-ewwel, iddeċieda li jaċċetta mistoqsijiet bil-miktub mingħand kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni, fi kwalunkwe waħda mil-lingwi msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-TUE, u li jipprovdi tweġiba fl-istess lingwa. It-tieni, huwa aċċetta l-proposta tal-Ombudsman għal soluzzjoni bonarja. Għaldaqstant huwa għamel il-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tiegħu disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE u spjega l-politika lingwistika tiegħu dwar dan. L-Ombudsman approva din il-pożizzjoni ta’ min ifaħħarha.