Životopisy


Jacob SödermanJacob Söderman (1995 - 2003)P. Nikiforos DiamandourosP. Nikiforos Diamandouros (2003 - dnes)

Dostupné jazyky: bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv

P. Nikiforos Diamandouros

P. Nikiforos Diamandouros

Evropský veřejný ochránce práv (2003 - dnes)

Twieled fil-25 ta’ Ġunju 1942, f’Ateni, il-Greċja

Mizzewweg b’zewgt itfal

P. Nikiforos Diamandouros ilu l-Ombudsman Ewropew mill-1 ta’ April 2003. Bejn l-1998 u l-2003, kien l-ewwel Ombudsman Nazzjonali tal-Greċja. Huwa Professur Emeritus ta’ ‘Comparative Politics’ fid-Dipartiment tax-Xjenza Politika u l-Amministrazzjoni Pubblika tal-Università ta’ Ateni. Bejn l-1995 u l-1998 kien id-Direttur u ċ-Chairman taċ-Ċentru Nazzjonali Grieg għal Riċerka Soċjali (EKKE).

Iggradwa B.A mill-Università ta’ Indiana (1963) u M.A. (1965), M. Phil (1969) u Ph.D (1972) mill-Università ta’ Columbia. Qabel ma ngħaqad mal-Fakultà tal-Università  ta’ Ateni fl-1988, kien appuntat għalliem u riċerkatur fl-Università Statali ta’ New York u fl-Università  ta’ Columbia rispettivament (1973-1978).  Bejn l-1980 u l-1983, kien Direttur tal-Iżvilupp fil-Kulleġġ ta’ Ateni, f’Ateni, il-Greċja.  Bejn l-1983 u l-1988, kien Program Director għall-Ewropa tal-Punent u għall-Lvant Qarib u Nofsani fil-Kunsill ta’ Riċerka tax-Xjenza Soċjali, New York.  Mill-1988 sal-1991 kien Direttur tal-Istitut Grieg tal-Istudji Internazzjonali u Strateġiċi f’Ateni, organizzazzjoni ta’ riċerka orjentata lejn il-politika, stabbilita b’fondi pprovduti mill-Fondazzjonijiet Ford u MacArthur. Fl-1997, kellu l-kariga ta’ ‘Visiting Professor’ tax-Xjenza Politika fiċ-Ċentru Juan March għal Studji Avvanzati fix-Xjenzi Soċjali (Madrid).

Huwa kien President tal-Assoċjazzjoni Griega tax-Xjenza Politika (1992-1998) u tal-Assoċjazzjoni għall-Istudji tal-Grieg Modern tal-Istati Uniti (1985-1988). Fl-1999 u l-2000, inħatar membru tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet Umani tal-Greċja u tal-Kunsill Nazzjonali għar-Riforma Aministrattiva rispettivament. Fis-sena 2000, ipparteċipa fil-Konferenza Bilderberg. Bejn l-1988 u l-1996, kien ‘co-chair’ tas-Sottokumitat dwar l-Ewropa t’Isfel tal-Kunsill ta’ Riċerka dwar ix-Xjenza Soċjali, New York, li l-attivitajiet tiegħu kienu mħallsin mill-Fondazzjoni Volkswagen. Huwa wkoll Editur Ġenerali flimkien ma’ oħrajn tas-sensiela dwar in-New Southern Europe ppublikata mill-Oxford University Press, il-John Hopkins University Press u Palgrave. Huwa rċieva wkoll fondi għar-riċerka mill-Fulbright program u n-National Endowment for the Humanities.

Huwa kiteb b’mod estensiv fuq il-politika u l-istorja tal-Greċja, tal-Ewropa t’Isfel u tal-Ewropa tax-Xlokk u, b’mod partikolari, fuq id-demokratizzazzjoni, fuq it-tisħiħ tal-istati u tan-nazzjonijiet u fuq ir-relazzjoni bejn kultura u politika.

Onorifiċenzi: Golden Cross of Merit, Repubblika tal-Polonja 2010; Order of the Phoenix, il-Greċja 2004.

Il-passatempi tiegħu jinkludu l-qari, il-kitba, il-mużika klassika u ċ-ċinema.