Aċċess għal opinjoni tas-Servizzi Legali tal-Kunsill

Dostupné jazyky: bg.es.cs.da.de.et.el.en.fr.ga.it.lv.lt.hu.mt.nl.pl.pt.ro.sk.sl.fi.sv
  • Případ: 1170/2009/KM
    Otevřeno dne 4.6.2009, 4.6.2009 - Rozhodnutí ze dne 19.12.2011
  • Dotčená instituce (Dotčené instituce): Rada Evropské unie
  • Oblast(i) práva: Evropa občanů
  • Typy údajně nesprávného úředního postupu – i) porušení, nebo ii) porušení povinností týkajících se: Žádosti o informace [Článek 22 EKRSP]
  • Předmět(y): Vyřízení žádostí o informace a přístup k dokumentům (transparentnost)
Key
Autor:
Autorská práva : Stocklib ©

Sommarju tad-deċiżjoni dwar l-ilment 1170/2009/KM kontra l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

F’Jannar 2009, ċittadin Ġermaniż talab li l-Kunsill jagħtih aċċess għal opinjoni mis-Servizz Legali tal-Kunsill li tiddiskuti l-bażi legali għal regolament dwar l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat. Din it-talba kienet ibbażata fuq ir-Regolament 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti. Il-Kunsill ta aċċess biss għall-paragrafi introduttorji tal-opinjoni, bl-argument li l-korp tad-dokument kien jaqa’ taħt l-eċċezzjoni li għandha x’taqsam mal-protezzjoni tal-pariri legali.

L-ilmentatur irrikorra għand l-Ombudsman, bl-argument li l-Kunsill interpreta ħażin is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE fl-Isvezja u Turco vs Il-Kunsill u li dan għandu jagħti aċċess għad-dokument kollu. Mill-perspettiva proċedurali, huwa nnota li filwaqt li mhuwiex strettament meħtieġ mir-Regolament 1049/2001, kien ikun aħjar li kieku l-Kunsill indika d-data attwali li fiha skada l-limitu ta’ żmien għat-tweġiba tagħha. Barra dan, f’każ ta’ rifjut tal-applikazzjoni għal aċċess, huwa ma għandux jistenna sal-ittra ta’ rifjut finali biex jinforma lill-applikanti bir-rimedji possibbli. Dan minħabba li l-għoti ta’ informazzjoni fi stadju iktar bikri jassigura li dawn ikunu jistgħu jużaw ir-rimedji legali li jkunu miftuħin għalihom ladarba jkun skada l-limitu ta’ żmien għat-tweġiba tal-istituzzjoni.

L-Ombudsman fetaħ investigazzjoni. Il-Kunsill argumenta li l-opinjoni kienet sensittiva ħafna u li l-possibbiltà li parir legali intern jiġi ppubblikat tista’ tippreġudika l-utilità tal-opinjonijiet legali. Kompla saħaq li l-applikanti jistgħu jikkalkulaw it-tmien tal-limitu ta’ żmien huma stess u jekk dawn jiġu infurmati bir-rimedji possibbli qabel l-iskadenza taż-żmien, dan jista’ joħloq konfużjoni.

L-Ombudsman, wara li spezzjona d-dokument, wasal għall-konklużjoni preliminari li skont interpretazzjoni korretta tas-sentenza Turco, il-Kunsill ma indikax li l-aċċess kellu jiġi miċħud biex iħares l-interessi tiegħu li jirċievi parir legali utli mis-Servizzi Legali tiegħu. Għaldaqstant huwa għamel proposta ta’ soluzzjoni bonarja, u ssuġġerixxa li l-Kunsill għandu jagħti aċċess sħiħ għad-dokument inkwistjoni. Fir-rigward tal-punti proċedurali, huwa ta parir li l-Kunsill għandu jinforma lill-applikanti bid-data li fiha għandha tittieħed deċiżjoni u bir-rimedji possibbli qabel dik id-data.

Fit-tweġiba tiegħu, il-Kunsill ma qabilx mal-analiżi tal-Ombudsman iżda xorta waħda ddeċieda li jagħti aċċess għad-dokument, minħabba ż-żmien li kien għadda. Qabel ukoll li għandu jinforma lill-applikanti bid-data sa meta għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tagħhom. Madankollu rrifjuta l-proposta li jinforma bil-quddiem lill-applikanti bir-rimedji possibbli.

L-ilmentatur ikkonferma li rċieva d-dokument u li kien sodisfatt b’dan l-eżitu. Għaldaqstant l-Ombudsman ikkunsidra li l-każ sostanzjalment issolva mill-Kunsill u li ma kien hemm l-ebda bażi għal investigazzjonijiet ulterjuri fuq il-kwistjoni pendenti f’dan il-każ. Għalhekk għalaq il-każ.